Aħbar mill-aqwa għall-partitarji ta’ Liverpool hija li l-club fetaħ taħditiet mal-coach, Jurgen Klopp, biex jestendi l-kuntratt tiegħu ta’ dak eżisteni li jintemm f’Ġunju 2024.
Matul dawn l-aħħar xhur l-intenzjoni ta’ Klopp kienet li jitlaq minn Anfield meta jintemmlu l-kuntratt. Infatti f’Marzu li għadda huwa sosnta li se jibqa’ jmexxi t-team sas-sajf 2024, fejn ġie kkwotat li qal: “Dak se nkun jien, grazzi ħafna.”
Madankollu, matul dawn l-aħħar xhur huwa ttrasforma lit-team hekk kif qed jisfida għall-erba’ unuri, bl-ewwel wieħed ikun ir-rebħ tal-League Cup.
Is-sidien tal-club, Fenway Sports Group, huma konxji ta’ dan u se jagħmlu minn kollox biex jaslu għal ftehim miegħu biex jibqa’ fit-tmun.
Il-president ta’ FSG, Mike Gordon, li għandu relazzjoni mill-qrib miegħu, kien f’Anfield għall-ewwel leg tal-konfront taċ-Champions League kontra Villarreal u ra lil Liverpool jagħmlu pass sinifikanti biex jaslu sal-finali b’rebħa awtorevoli ta’ 2-0.
Fost il-partitarji, kien hemm ukoll Marc Kosicke, l-aġent u ħabib personali ta’ Klopp għal żmien twil, u saru taħditiet preliminari dwar l-aħjar triq ‘il quddiem.
Klopp huwa l-arkitett ta’ dak kollu li Liverpool kisbu f’dawn l-aħħar seba’ snin u l-influwenza tiegħu fuq il-club hija enormi.
Klopp iffirma żewġ estensjonijiet tal-kuntratt minn meta nħatar inizjalment f’Ottubru 2015.
L-ewwel wieħed – ftehim ta’ sitt snin – kien f’Ġunju 2016 wara l-bidu qawwi tiegħu, it-tieni kien f’Diċembru 2019, sitt xhur wara li mexxa lil Liverpool għas-sitt suċċess tagħhom fit-Tazza Ewropea.
Il-pjan tiegħu dejjem kien li jgħaddi t-tmexxija fl-2024 … hekk kif ikun ma’ Liverpool għal disa’ snin, jiġifieri, l-itwal perijodu tiegħu fi club bħala manager – iżda l-atmosfera qed tinbidel u m’hemmx dubju li jinsab eċċitat ħafna dwar dak li din l-iskwadra tista’ tikseb fil-futur.
Klopp huwa leali lejn l-istaff tiegħu u jixtieq jara estensjonijiet għall-assistenti tiegħu, Pep Lijnders, Peter Kraweitz; figuri u Vitor Matos u l-coach tal-goalkeepers, John Achterberg.
B’numru ta’ plejers jiffirmaw kuntratti fit-tul u b’lista ta’ akkwisti ġodda, Klopp mistenni jibni era ġdid ta’ dan il-club.