Il-Malta FA ħabbret li Jurgen Pisani u Santa Lucia FC ġew meħlusa mill-akkużi kollha wara proċedimenti quddiem il-Kumitat ta’ Kontroll, Dixxiplina u Etika – il-Bord tal-Integrità.
Dawn il-proċedimenti nbdew f’April 2025 mill-Malta FA fir-rigward tal-logħba bejn Santa Lucia FC u Birkirkara FC fit-3 ta’ Mejju 2024. L-akkużi kienu jikkonċernaw allegat ksur tat-Taqsima IX tar-Regolamenti tal-Malta FA dwar it-Tixħim u l-Imħatri fil-Logħob tal-Futbol.
Wara konsiderazzjoni bir-reqqa tal-evidenza ppreżentata, il-Bord tal-Integrità ddetermina li l-akkużi ma ġewx ippruvati.
Għaldaqstant, is-sospensjoni temporanja tas-Sur Pisani tneħħiet.
Intant, fi staqqrija oħra, Zabbar SP Bi ħabbru l-akkwist tal-istess Jurgen Pisani.
Jurgen, ta’ 32 sena, irritorna ma’ Zabbar St. Patrick wara l-perjodu ta’ self tiegħu fl-aħħar parti tal-istaġun li għadda.
Fl-istqarrija, Zabbar, qalu li Jurgen huwa difensur sod u b’esperjenza li t-tmexxija u l-kwalitajiet tiegħu fid-difiża żgur li se jkunu kwalitajiet importanti għat-tim.
Huma komplew li r-ritorn tiegħu jżid kemm l-istabbiltà kif ukoll is-saħħa fid-difiża hekk kif qed iħarsu ‘l quddiem b’ambizzjoni.