Fil-ħin li ġej se jasal f’Malta l-eks Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau fejn se jasal b’titjira minn Frankfurt. Hu se jkun qiegħed jindirizza s-Summit Globali tal-World Travel and Tourism Council, WTTC.
Din hija l-ewwel darba li l-WTTC Global Summit qed isir f’pajjiżna.
Għal dan is-summit qed jattendu eluf ta’ delegati minn madwar id-dinja, inklużi mexxejja, ġurnalisti u esperti fil-qasam turistiku, fost l-oħrajn l-eks Prim Ministru Spanjol José María Aznar, il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport Sostenibbli u t-Turiżmu Apostolos Tzitzikostas, u l-ewwel Mibgħut Presidenzjali tal-Istati Uniti għat-Turiżmu Nick Adams.
Is-Summit se jibqa’ għaddej sal-Ġimgħa f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt

