Saturday, December 21, 2024

Juventus iħejju offerta għall-attakkant Gabriel Jesus

Aqra wkoll

Juventus qed iħejju offerta tas-sajf għall-attakkant ta’ Manchester City, Gabriel Jesus.

L-internazzjonali Brażiljan skorja sitt goals u rreġistra disa’ assists fi 28 dehra għas-Citizens matul l-istaġun 2021-22, bi tnejn biss minn dawk il-goals jaslu fil-Premier League.

Jesus ikun qed jitlef postu mal-ewwel 11 tal-Blues dan is-sajf jekk jingħaqad magħhom Erling Braut Haaland mingħand Borussia Dortmund, biċ-champions Ingliżi maħsuba li jkunu favoriti għall-internazzjonali Norveġiż.

Man City huma ħerqana li jiftħu taħditiet mal-player ta’ 24 sena dwar kuntratt ġdid fil-club.

Madankollu, it-team immexxi minn Pep Guardiola jista’ jitħajjar ibigħ lill-player mill-Amerika t’Isfel dan is-sajf fost interess minn Juventus.

Il-Bianconeri huma kunfidenti li offerta fir-reġjun ta’ £65m tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lil Manchester City li jħalluh jitlaq fis-suq tat-trasferimenti li ġej.

Jesus huwa ħerqan biex jassigura azzjoni regolari fil-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 iżda jaf li se jitħabat biex isib postu mal-ewwel tat-team attwali tiegħu fuq bażi konsistenti.

L-attakkant, li daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium, skorja 88 gowl u rreġistra 43 assist f’223 ħarġa għal Man City minn meta wasal minn Palmeiras fl-2017.

Ekonomija

Sport