Wara żewġ diżappunti konsekuttivi bl-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League u anke mill-Coppa Italia, Juventus qed jiffukaw fuq il-kampjonat bl-għan ewlieni hu li jiġu mal-ewwel erbgħa tal-klassifika u għalhekk tfisser kwalifikazzjoni awtomatika Ewropea.
L-għan ewlieni tal-Bianconeri issa hu dak li jżommu għal kollox lill-attakkant internazzjonali Franċiż Randal Kolo Muani li tant irnexxa fil-ftit ġimgħat li ilu fl-Allianz Stadium. Bħalissa dan il-plejer jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Juventus iżda l-għan tad-diriġenti tal-klabb hu li jinnegozjaw mal-Pariġini u jakkwistawh għal kollox.