Monday, December 23, 2024

Juventus irrabjati bil-kastig li ngħataw

Aqra wkoll

Juventus saru jafu li kienu ngħataw kastig 10 punti tas-Serie A ftit minuti qabel il-logħba ma’ Empoli tat-Tnejn, u għalhekk iċ-Chief Football Officer (CFO), Francesco Calvo, iddiskuta appell, il-futur ta’ Max Allegri u Dusan Vlahovic fil-club.

It-Tnejn sar is-smiegħ tal-Qorti Federali tal-Appell tal-FIGC għall-każ tal-qliegħ kapitali u ħareġ verdett eżatt qabel ma bdiet il-logħba fi Stadio Castellani.

Juventus ġew penalizzati 10 punti, li bagħtuhom mit-tieni post għas-seba’ post tal-klassifika tas-Serie A, meta issa fadal żewġ logħbiet għat-tmiem.

“Appell ieħor huwa possibbiltà, iżda l-ewwel irridu naqraw il-motivazzjoni rilaxxata fil-jiem li ġejjin,” qal Calvo lil DAZN.

Il-prosekutur kien talab penali ta’ 11-il punt u din diġà hija ferm inqas ta’ ħsara mill-piena oriġinali ta’ 15-il punt li kienet ingħatat f’Jannar.

“L-impressjoni inizjali hija negattiva, m’aħniex sodisfatti b’din il-penalizzazzjoni. Aħna stennejniha li tkun qabel il-partita, iżda issa għadu kmieni wisq biex nikkummentaw.”

Sadanittant, Juventus ġew eliminati wkoll mis-semi-finali tal-Europa League kontra Sevilla nhar il-Ħamis li għadda fil-ħin barrani, u għalhekk huwa t-tieni staġun konsekuttiv mingħajr l-ebda unuri.

“Qed nagħmlu analiżi kontinwa dwar kif sejjer l-istaġun, nagħmlu dan biex nitjiebu u l-objettiv tagħna huwa li nerġgħu nisfidaw għar-rebħ. Il-pjanijiet kollha tagħna għall-istaġun li ġej huma mmirati lejn ir-rebbħ.”

Calvo kien mistoqsi jekk dan jinkludix lil Allegri fir-rwol tiegħu ta’ coach, speċjalment wara tensjoni riċenti mal-partitarji u anke mal-goalkeeper Wojciech Szczesny dwar it-tattiċi negattivi tiegħu.

“F’Allegri hemm fiduċja bla kundizzjoni. Qed nibnu l-futur flimkien miegħu, dan m’hemmx dubju. Qed naħdmu miegħu u ma’ Federico Cherubini fuq il-Juventus tal-futur biex nerġgħu lura għar-rebħ. Għad fadlilna żewġ logħbiet importanti biex niddeċiedu fejn se nilagħbu fl-istaġun li ġej u dan ikollu effett fuq l-istrateġija tat-trasferimenti.”

Is-CFO ta’ Juventus kien ukoll interrogat dwar rapporti li huma lesti jisimgħu offerti għal Vlahovic.

“L-għajdut mhumiex xi ħaġa li nistgħu nikkontrollaw, iżda s-suq tat-trasferimenti għadu lanqas fetaħ. Dusan mhux għall-bejgħ. Aħna sodisfatti bl-isforzi li jagħmel, għalkemm kulħadd fil-ħajja jista’ jagħmel aħjar.

“Dan kien staġun iebes, ikkumplikat u imprevedibbli li fih it-team jistħoqqlu kredtu kbir li baqa’ jissielet sal-aħħar għall-Europa League u fis-Serie A. Il-players u l-coach urew li huma rġiel mill-aqwa li żammew l-attenzjoni tagħhom meta jissieltu kontra kulħadd u kollox.”

Ekonomija

Sport