Tuesday, May 14, 2024

Empoli jumiljaw lil Juventus

Aqra wkoll

Kienet lejla verament kerha għal Juventus, li ġew kastigati 10 punti tas-Serie A u mbagħad sofrew telfa umiljanti ta’ 4-1 fi Stadio Castellani ma’ Empoli, u ħalliethom fis-seba’ post.

Empoli fetħu l-iskor meta Milik naqas li jikklerja u waqqa’ lil Nicolò Cambiaghi għal penalty, li Francesco Caputo (18) ikkonverta fir-rokna t’isfel.

Mumenti wara, Empoli għamluhom tnejn b’mod kaotiku. Corner ta’ Jacopo Fazzini ra tentattiv akrobatiku ta’ Caputo fit-tieni lasta, Wojciech Szczesny għamel reazzjoni b’save stupend fuq Jean-Daniel Akpa Akpro, iżda Sebastiano Luperto (21) skorja minn angolu strett.

Ftit wara li daru ballun delikat imsabbat mal-art ta’ Caputo (47) u l-iskor sar 3-0. Lejn it-tmiem Federico Chiesa (85) skorja l-ewwel goal tiegħu fis-Serie A f’aktar minn 500 ġurnata, iżda Roberto Piccoli (93), issiġilla r-rebħa t6a’ Empoli minn azzjoni ta’ corner.

Sport