Sunday, May 5, 2024

Newcastle fiċ-Champions League wara 20 sena

Aqra wkoll

Newcastle kisbu l-punt li kellhom bżonn biex jaċċertaw tmiem fl-ewwel erbgħa tal-Premier League bi draw ta’ mingħajr gowls kontra Leicester City, mhedda bir-relegazzjoni, li d-destin tagħhom issa huwa barra minn idejhom.

It-team ta’ Eddie Howe naqas li jsib ix-xibka f’partita li ddomina, laqat il-lasta tliet darbiet, iżda r-riżultat kien biżżejjed biex jirritornaw fiċ-Champions League wara stennija ta’ 21 sena.

Newcastle jinsabu erba’ punti fuq Liverpool li jinsabu fil-ħames post lejn l-aħħar ġurnata tal-istaġun tal-Ħadd, filwaqt li Leicester jibqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni, żewġ punti bogħod mis-salvazzjoni.

L-ospiti kellhom pussess ta’ 81% matul il-konfront u inizjalment sabuha diffiċli biex jinfdu d-difiża avversarja, b’Callum Wilson ikollu xutt mal-lasta u l-isforz li segwa tiegħu jiġi salvat fuq il-linja minn Wilfred Ndidi.

Aktar tard kien hemm tentattivi ta’ Miguel Almiron u Bruno Guimaraes jaħbtu mal-lasta, iżda Leicester kważi rebħuha fil-ħin miżjud meta Nick Pope żamm l-isforz akrobatiku ta’ Timothy Castagne.

Sport