Wednesday, October 9, 2024

Juventus isegwu l-kundizzjoni fiżika ta’ Teun Koopmeiners

Aqra wkoll

Juventus qed isegwu l-kundizzjonijiet tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Olandiż Teun Koopmeiners. Dan il-plejer weġġa’ waqt il-logħba kontra Cagliari li spiċċat fi draw ta’ 1-1. Il-plejer ta’ 26 sena se jitlef il-logħbiet li l-Olanda għandhom mill-UEFA Nations League kontra l-Ungerija u l-Ġermanja. 

Il-kowċ Thiago Motta qal li hi xi ħaġa tajba li Koopmeiners baqa’ f’Turin sabiex jagħmel il-perjodu ta’ rijabilitazzjoni tiegħu bit-tama li jilħaq ikun tajjeb għal-logħba kontra Lazio mis-serie A Taljana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport