Wednesday, November 6, 2024

Paulo Dybala m’għandu xejn gravi

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Roma Ivan Juric irċieva l-aħbar pożittiva li l-attakkant Arġentin Paulo Dybala m’għandu xejn gravi wara li kellu joħroġ mill-grawnd fil-logħba ta’ tmiem din il-ġimgħa kontra Monza.

Din kienet it-tieni daqqa li rċieva l-eks plejer ta’ Palermo u Juventus wara li kellu joħroġ ukoll fil-partita kontra Athletic mill-UEFA Europa League.

It-tobba tal-klabb qalu li jkun aħjar li għalissa Dybala jistrieħ ftit wara dawn iż-żewġ daqqiet li sofra iżda għandu jkun tajjeb għall-kowċ Juric għal-logħba li i Giallorossi se jilagħbu kontra Inter.

Sport