Thursday, December 26, 2024

Juventus jistgħu jiġu sospiżi mill-UEFA

Aqra wkoll

Fil-preżent, l-affarijiet għal Juventus huma kaotiċi ġewwa u barra l-ground … hekk kif dan ġie rifless minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-ishma tagħhom fil-Borża Taljana.

Nhar il-Ħadd li għadda, il-Bianconeri sofrew it-tielet telfa konsekuttiva fis-Serie A meta sfaw megħluba minn Napoli bl-iskor ta’ 1-0, fl-Allianz Stadium, bil-goal jasal minn Giacomo Raspadori fil-ħin miżjud.  

Barra l-ground, l-appell ta’ Juventus lill-CONI kontra t- tnaqqis ta’ 15-il punt tagħhom kien parzjalment suċċess, bil-punti jingħataw lura temporanjament sakemm jinstema’ ġuri ġdid,  iżda rapporti fil-media Taljan qed isostnu li l-UEFA qed twettaq l-investigazzjoni tagħha stess bil-konsegwenza li l-Bianconeri jistgħu jiġu sospiżi mill-kompetiz­zjonijiet Ewropej. 

Din l-aħbar kellha impatt qawwi finanzjarja hekk kif l-ishma tal-azzjonisti niżlu bi 3.96%.

Din ġabet magħha xettiċiżmu dwar il-futur immedjat ta’ Juventus minħabba l-possibbiltá ta’ sospensjoni mill-UEFA Champions League li tista’ tkun ukoll waħda indefinita. 

Ekonomija

Sport