Juventus qed jittamaw li jegħlbu lil Arsenal fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic.
Minkejja l-ispekulazzjoni bla waqfien dwar il-futur tiegħu, Vlahovic lest jistenna sas-sajf qabel ma jingħaqad ma’ club ikbar.
Dan ħalla lil Arsenal, li t huma lesti li jilħqu l-valutazzjoni ta’ Fiorentina f’Jannar, b’aktar kompetizzjoni għall-firma tal-internazzjonali Serb.
Minkejja dan, Juventus huma lesti wkoll jittantaw xortihom dan ix-xahar billi joffru player li jattakka bi skambju parzjali.
Il-Bianconeri huma lesti li jħallsu €35m flimkien mal-winger Dejan Kulusevski gġall-akkwist ta’ Vlahovic.
B’mod realistiku, Fiorentina x’aktarx jirrifjutaw dik il-proposta, konxji li xorta se jkunu jistgħu jirkupraw aktar minn £50m għal Vlahovic fi tmiem l-istaġun.