Thursday, March 28, 2024

Il-PN jilqa’ t-tneħħija tal-miżuri u jgħid li diġà qegħdin tard

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista qal li dak li ħabbar id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne aktar kmieni llum tikkonferma il-pożizzjoni tal-PN u ħafna mis-soċjetà ċivili li l-miżuri li daħħal il-gvern ħamest ijiem ilu huma eċċessivi fil-kuntest tal-lum meta Malta għandha iktar min tliet kwarti tan-nies vvaċċinati tliet darbiet.

Fi stqarrija, il-PN qal li kien emfasizza li l-miżuri li għadhom fis-seħħ huma diskriminatorji u żiedu piż ieħor fuq min iħaddem li diġà kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-provvista tax-xogħol, żieda fl-ispejjeż u burokrazija miżjuda.

Il-PN qal: “Wara li Chris Fearne u l-gvern Laburista attakkaw lil Bernard Grech, issa huma stess qed irreġġgħu lura minn miżuri li kellhom bżonn ħafna sagrifiċċji u burokrazija biex jiddaħħlu.”

Żied jgħid: “Tant hu hekk li fl-aħħar jiem rajna problemi fis-settur tal-catering, b’14 fil-mija tas-sidien tar-ristoranti u l-bars jgħidu li qed jikkonsidraw li jagħlqu l-bibien tagħhom.”

Il-Partit Nazzjonalista qal li jisħaq fuq l-importanza li jittieħed il-booster, madankollu jemfasizza l-bżonn ta’ bilanċ u miżuri li jagħmlu sens għall-kuntest.

Ekonomija

Sport