Id-diriġenti ta’ Juventus qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ żewġ elementi fl-iskwadra tagħhom iġifieri Wojciech Szczesny u Moise Kean. Dan kollu wara li aktar qabel kellhom l-estensjoni tal-kuntratt ta’ Manuel Locatelli, Nicolo Fagioli u Gelson Bremer.
Szczesny kemm-il darba sostna li jinsab għal qalbu ma’ Juventus b’Kean li wara perjodu ta’ self ma’ Everton, irritorna f’Turin bil-wirjiet tiegħu li xi kultant kienu kuntrastanti.
Kemm Kean kif ukoll Szczesny mistennija jkollhom żieda fis-salarju tagħhom.