Wednesday, July 24, 2024

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Mara ta’ 83 sena residenti ż-Żurrieq, għall-ħabta tat-8.30am ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Ġużepp Zammit, Żurrieq.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara intlaqtet minn Toyota IQ, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 35 sena residenti Żurrieq.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport