Saturday, September 7, 2024

Juventus viċin li jiffirmaw lil Piotr Zielinski

Aqra wkoll

Juventus huma ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Pollakk Piotr Zielinski. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ilu jilgħab ma’ Napoli sa mis-sena 2016 fejn skorja 36 gowl f’268 partita.

Zielinski hu l-plejer ideali għall-kowċ Massimiliano Allegri minħabba li jaf sew il-futbol Taljan, jinsab fil-maturita’ kollha possibbli u joffri garanzija f’nofs il-grawnd. 

Fil-passat, Zielinski lagħab ukoll ma’ Udinese u Empoli.

Ekonomija

Sport