Tuesday, May 14, 2024

Kalvin Phillips lest li jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Leeds United

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips, jinsab lest li jestendi l-kuntratt tiegħu f’Elland Road.

Il-player ta’ 26 sena żviluppa fi player ewlieni u favorit tal-partitarji għall-club ta’ tfulitu, u għamel 227 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha mid-debutt tiegħu lura fl-2014.

Phillips se jkun wieħed mill-midfielders l-aktar imfittxija fis-sajf, b’numru ta’ clubs tal-Premier League fosthom Aston Villa, Newcastle United u West Ham United li kollha jinsabu interessati fis-servizzi tiegħu.

Madankollu, huwa mifhum li Phillips – li bħalissa jinsab taħt kuntratt ma’ Leeds sa Ġunju 2024 – qal lill-club tiegħuli hu lest li jimpenja l-futur tiegħu mal-club u jifforma estensjoni fil-kuntratt tiegħu.

Madankollu,P hillips jinsab fil-proċess li jibdel l-aġent tiegħu u għalhekk il-futur tiegħu mhux probabbli li jiġi solvut sa tmiem l-istaġun attwali.

Il-futur tal-internazzjonali Ingliż jista’ jiddependi wkoll fuq jekk Leeds iżommux l-istatus tagħhom fil-Premier League, bit-team immexxi minn Jesse Marsch bħalissa jinsab tmien punti vantaġġ miż-żona tar-relegazzjoni waqt li lagħbu tal-inqas logħba aktar mill-erba’ timijiet taħthom.

Phillips, li huwa mifhum ukoll li ġibed interess minn clubs li qed jikkompetu għal postijiet fiċ-Champions League, kellu staġun 2021-22 milqut minn injury, u deher biss 13-il darba fil-Premier League.

Sport