Thursday, November 28, 2024

Kameramen tal-Al Jazeera jinqatel f’attakk mill-ajru f’Gaza

Aqra wkoll

FL-aħħar sigħat sar il-funeral tal-kameramen tal-Al Jazeera li nqatel f’attakk permezz ta’ drone li twettaq mill-forzi Iżraeliti f’Gaza.

Samer Abudaqa inqatel waqt li kien qiegħed flimkien ma’ kollega tiegħu jaħdmu fuq rapport għall-aġenzija tal-aħbarijiet fi skola f’Khan Younis. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Al Jazeera l-kollega tagħhom ma mietx mill-ewwel, iżda minħabba l-attakki qawwija li kien qiegħed iwettaq Iżrael it-tim mediku ma setax jasal sa ħdejn biex isalvawh.

L-Aġenzija tal-Aħbarijiet ressqet il-każ quddiem il-Qorti Internazzjonali Kriminali biex tinvestiga kif ġurnalista li kien qiegħed iwettaq xogħlu spiċċa maqtul.
Mill-1996 ‘l hawn minn meta twaqqfet l-aġenzija tal-aħbarijiet Al Jazeera tilfu 13-il ġurnalista kollha nqatlu waqt li kienu qegħdin jirraportaw gwerra.

Waqt il-funeral il-familja tal-vittma ħeġġew lill-ġurnalisti li minkejja t-telfa tal-kollega għandhom ikomplu jaqdu dmirhom bi professjonalita u trasparenza.

Sport