Wednesday, December 25, 2024

Kampanja dwar prevenzjoni u s-saħħa tal-qalb

Aqra wkoll

Għat-tielet sena konsekuttiva f’Jum San Valentinu, Il-Fondazzjoni Marigold imbarkat fuq kampanja edukattiva dwar prevenzjoni u s-saħħa tal-qalb. Din is-sena jaħbat ukoll l-10 anniversarju minn mindu twaqqfet il-Fondazzjoni Marigold.

Il-Kampanja t’Għarfien Kardijaku din is-sena għandha l-għan li teduka lill-pubbliku ġenerali dwar id-differenza bejn attakk tal-qalb u qalb ghajjiena. Dan qalu Mr. Robert Xuereb, Ċermen u Konsulent tal-Kardjologija u membru onorarju tal-Bord tal-Fondazzjoni Marigold li enfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb is-saħħa tal-qalb tagħna kif ukoll inkunu attenti għal sintomi li jistgħu jgħinuna nindunaw fil-ħin propizju u x’nistgħu nagħmlu bħala trattament.

Is-Sinjura Michelle Muscat Fundatriċi u Chair tal-Fondazzjoni Marigold qalet li f’dan il-jum partikolari meta il-Fondazzjoni qed ticcelebra l-10 Anniversarju mit-twaqqif tagħha, it-tliet pilastri li fuqhom ġiet imwaqqfa dak tas-saħħa, dak soċjali u dak edukattiv, qed jkunu kollha indirizzati f’din il-kampanja.

Is-Sinjura Muscat qalet li l-Fondazzjoni Marigold temmen fl-avvanz ta’ kull ċittadin f’dan il-pajjiż u fit-titjib tal-ħajja ta’ kulħadd permezz ta’ għarfien, edukazzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex b’hekk ikun żgurat li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli sostnuti min-Nazzjonijiet Uniti jintlaħqu permezz tal-ħidma sfiqa ta’ organizzazzjonijiet volontarji bħal The Marigold Foundation.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm Dott. Alice May Moore, Cardiology Resident Specialist, lead tal-Cardio-Oncology, kif ukoll Sheldon Attard u Janet Caruana – Heart Failure Nurses li tkellmu aktar fid-dettal fuq is-sintomi ta’ qalb għajjiena u x’jista’ wieħed jagħmel biex ikun aktar b’saħħtu u jippreveni.

Matul Jum San Valentinu l-Kampanja għall-Għarfien Kardijaku animat Triq ir-Repubblika b’mużika u zfin mal-pubbliku permezz ta’ Yada Dance Company, Swing Island Malta u s-Saxafonist Daniel Plata. Min kien ghaddej kien offrut tuffieha ħamra b’sinifikat doppju : dak tal-imħabba imma ukoll ta’ kif wiehed ghandu jieħu ħsieb saħħtu, jiekol ikel bnin u jeżerċita ftit ruħu.

Il-kampanja hija organizzata minn The Marigold Foundation b’kollaborazzjoni mal-Unit tal-Kardjoġija ġewwa l-isptar Mater Dei u bl-appoġġ tal-Mużew tal-Arkeoloġija u Teatru Kafe.

Ekonomija

Sport