Wednesday, July 24, 2024

Raġel mixli li hedded lil missieru ta’ 70 sena

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena minn Birżebbuġa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li aktar kmieni kien akkużat li hedded u beżża’ lil missieru li għandu 70 sena.

Fost akkużi oħrajn li qiegħed jiffaċja r-raġel hemm li hedded lill-pulizija u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.

Id-difiża mmexxija mill-avukat Ingrid Zammit Young talbet għall-ħelsien mill-arrest fejn qalet li r-raġel kien għamel ġimgħa l-Isptar Monte Carmeli.

Iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan fejn sostniet li l-akkużat irreżista l-arrest u anke missieru li hu l-vittma f’dan il-każ għad irid jixhed.

Il-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-anzjan.

Il-proskeuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Audrey Micallef filwaqt li l-Avukat Joseph Calleja Parnis deher f’isem il-missier.

Ekonomija

Sport