Monday, May 13, 2024

Table-tennis: Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro jersqu viċin il-leaders

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa kompla l-kampjonat nazzjonali tat-table tennis wara waqfa ta’ kważi xahar fejn miċ-Championship Pool tal-ewwel diviżjoni, Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro resqu viċin il-leaders HITT Academy WH Middle East wara li għelbu lil MITTC Butterfly Dignics 4-2. Bl-istess skor HITT Academy Mosta Dome B & B għelbu lil MITTC Butterfly.

Min-naħa l-oħra mir-Relegation Pool, Alpha Calleja Ltd għelbu lil Alpha Gewo 4-2.

Anke t-tieni diviżjoni nqasam f’żewġ kategoriji fejn Alpha Alberta Group huma l-leaders tal-Promotion Pool wara rebħa diffiċli ta’ 4-3 kontra MITTC Butterfly Super Chak.

PBC Table Tennis Bluegrip laħqu lil MITTC Butterfly Superchak wara skor simili ta’ 4-3 kontra HITT Academy Valletta. Min-naħa l-oħra, Top Spin Academy TT Valletta Pay Hexer rebħu d-derby kontra Top Spin Academy TT Valletta Pay Fraser 4-2.

Fl-unika logħba li kellna mir-Relegation Pool, HITT Academy Legends ġabu fix-xejn lil Alpha Legends tant li rebħulhom 6-0.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

HITT Academy WH Middle East 30, MITTC Butterfly, Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro 29, HITT Academy Mosta Dome B & B 27, MITTC Dignics 23, HITT Academy Tibhar 18.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

Alpha Gewo, Alpha Calleja Ltd 19, Top Spoin TT Academy Valletta Pay Roxon 16, HITT Academy Home Trends 1, Mosta Gunners 10.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

Alpha Alberta Group 37, PBC Table Tennis Bluegrip 35, MITTC Butterfly, Top Spin TT Academy Pay Hexer 33, HITT Academy Valletta, Top Spin TT Academy Valletta Pay Frase 27.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

HITT Academy Legends 27, HITT Academy ITX, PBC Table Tennis Bluefire, Top Spin TT Academy Valletta Pay Supercores 22, Top Spin TT Academy Valletta Pay Novacell 16, HITT Academy Evolution 14, Alpha Flexxon 13.

Sport