Tuesday, February 18, 2025

Kampanja ta’ għarfien dwar l-attakki tal-qalb f’Jum San Valentinu  

Aqra wkoll

Għar-raba’ sena konsekuttiva f’Jum San Valentinu, Il-Fondazzjoni Marigold imbarkat fuq kampanja edukattiva dwar prevenzjoni u is-saħħa tal-qalb.

Il-Kampanja t’Għarfien Kardijaku għandha l-għan li teduka lill-pubbliku ġenerali dwar id-differenza bejn attakk tal-qalb u qalb ghajjiena. Dan qalu Mr. Robert Xuereb, Konsulent tal-Kardjoloġija u membru onorarju tal-Bord tal-Fondazzjoni Marigold li enfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb is-saħħa tal-qalb tagħna kif ukoll inkunu attenti għal sintomi li jistgħu jgħinuna nindunaw filħin propizju u x’nistgħu nagħmlu bħala trattament.

Is-Sinjura Michelle Muscat Fundatriċi u Chair tal-Fondazzjoni Marigold qalet li f’dan il-jum partikolari meta il-Fondazzjoni qed ticcelebra l-11 Anniversarju mit-twaqqif tagħha, it-tlett pilastri li fuqhom giet imwaqqfa dak tas-saħħa, dak soċjali u dak edukattiv, qed jkunu kollha indirizzati f’din il-kampanja.

Is-Sinjura Muscat qalet li l-Fondazzjoni Marigold temmen fl-avvanz ta’ kull ċittadin f’dan il-pajjiż u fit-titjib tal-ħajja ta’ kulħadd permezz ta’ għarfien, edukazzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex b’hekk ikun żgurat li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli sostnuti min-Nazzjonijiet Uniti jintlaħqu permezz tal-ħidma sfiqa ta’ organizzazzjonijiet volontarji bħal The Marigold Foundation.

Prezenti ħal din l-okkazjoni kien hemm Dott. Mark Abela Kardiologista b’ interess specjali fi Sport Cardiology u Genetics, li tkellem fuq is-sintomi ta’ qalb għajjiena u x’ jista wieħed jaghmel biex ikun aktar b’ saħħtu u jippreveni.

Matul Jum San Valentinu il-Kampanja għall-Għarfien Kardijaku animat Triq ir-Repubblika b’mużika u żfin mal-pubbliku permezz ta’ Yada Dance Company . Min kien ghaddej kien offrut tuffieħa ħamra b’sinifikat doppju : dak tal-imħabba imma ukoll ta’ kif wieħed għandu jieħu ħsieb saħħtu, jiekol ikel bnin u jeżerċita ftit ruħu.

Il-kampanja hija organizzata minn The Marigold Foundation b’kollaborazzjoni mal-Unit tal-Kardjoġija ġewwa l-isptar Mater Dei u bl-appoġġ tal-Mużew tal-Arkeoloġija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport