Il-ħames ġurnata tal-Kampjonati tal-Għawm li qed isiru f’Doha, il-Qatar, rat liċ-Ċiniż Pan Zhanle jagħmilhom żewġ midalji tad-deheb fil-100m meta wara li kiser ir-rekord tad-dinja fil-4x100m relay, issa rebaħ il-100m individwali, iżda ma rnexxielux itejjeb il-ħin tiegħu.
F’dak li huwa rebħ tal-midalji l-Amerikani żiedu tnejn oħra tad-deheb, waħda tal-fidda u waħda tal-bronż għal total ta’ 6-3-3. Iċ-Ċina żiedu tnejn tad-deheb waqt li l-Korea t’Isfel ma żiedux fuq it-tnejn tad-deheb li kellhom sar-raba’ ġurnata.
Uħud mill-aktar tifħir qawwi qabel il-bidu tat-tellieqa tal-100m freestyle tal-irġiel bdew bid-detentur tar-rekord tad-dinja li kien għadu kif kiseb, jillidja l-kamp bi 22.55 sekondi. Pan Zhanle, fuq ir-relay, qasam 22.26 fit-triq lejn il-ħin rekord tiegħu ta’ 46.80. Nhar il-Ħamis Pan ħa d-deheb fil-ħin ta’ 47.53 sekondi.
It-Taljan, Alessandro Miressi, rebaħ il-fidda f’47.72 waqt li l-Ungeriż Nandor Nemeth ħa l-midalja tal-bronż fil-ħin ta’ 47.78.
200m BUTTERFLY NISA
Anqas minn żewġ sekondi sseparaw l-aħħar tmienja lejn il-finali u kien viċin mal-100 marka, hekk kif 0.03 biss isseparaw lil-leaders bikrija, Laura Stephens minn Helena Rosendahl Bach u Rachel Klinker. Il-Brittanika, speċjalista tal-200m, kabbret il-vantaġġ fil-150m għal 0.30 iżda Bach u Lana Pudar żiedu ħafna biex jitnaqqas id-distakk. It-tlieta kisbu l-ewwel midalja individwali tagħhom.
Stephens ħadet id-deheb f’2:07.35 minuti waqt li d-Daniża, Rosendahl Bach, ħadet il-fidda f’2:07.44 u Pudar tal-Bosnja/Herzegovina rebħet il-bronż f’2:07.92.
50m BACKSTROKE NISA
Meta wriet il-ħtieġa vitali ta’ bidu qawwi fil-50m, l-Amerikana Claire Curzan kisbet it-tieni midalja tad- deheb tagħha f’Doha wara li rebħet il-100m aktar kmieni fil-ġimgħa.
Curzan għamlet biżżejjed biex ħadet id-deheb f’27.43 sekondi, quddiem l-Awstraljana, Iona Anderson, li spiċċat f’ħin ta’ 27.45.
Il-Kanadiża Ingrid Wilm ħadet il-bronż, meta spiċċat wara l-koppja ta’ adoloxxenti, meta messet il-ħajt f’27.61.
200m MEDLEY IND. IRĠIEL
L-Amerikan Shaine Casas wera l-abbiltà tiegħu fl-isprinting, meta niżel mill- blokki u fl-ewwel dawra kien l-aktar veloċi, fejn illidja lill-kompatrijott, Carson Foster, 24.31 għal 24.66.
Fl-aħħar dawra Foster irnexxielu jibqa’ quddiem il-grupp, iżda l-avversarji resqu viċin hekk kif Foster kiseb biss is-sitt split l-aktar veloċi b’Alberto Razzetti u Daiya Seto jakkwistaw aktar minn sekonda fuqu.
Ir-rebħa marret għand Finlay Knox f’1:56.64, il-fidda ħadha Foster f’1:56.97 u l-bronż Razzetti f’1:57.42.
4×200m FREESTYLE RELAY NISA
Team New Zealand illidja fl-ewwel leg tat-tellieqa, bil-kortesija ta’ Erika Fairweather (1:56.37), li tathom il-vantaġġ fuq l-Awstralja, li kkwalifikaw biss fis-seba’ post. Shayna Jack naqqset id-distakk ta’ New Zealand, iżda kienet Abbie Wood tal- Brittanja (1:56.65) li marret fil-vantaġġ fin-nofs tat-tellieqa.
Bħat-Team GB li ħa l-vantaġġ fil-marka tal-400m, iċ-Ċina, b’Li Bingjie, ħadu l-vantaġġ fil-marka tas-600m. Li għamet ħin veloċi ta’ 1:54.5, aktar minn erba’ sekondi qabel it-tielet legs l-oħra kollha.
Iċ-Ċina bnew il-vantaġġ tagħhom fl-aħħar leg bl-ankra tagħhom, Yang Peiqi (1:56.18) u rebbħu lit-team fil-ħin ta’ 7:47.26 minuti. Il-Brittanja, li wżaw lil Medi Harris (1:58.40) fl-aħħar leg, spiċċaw it-tieni f’7:50.90, bl-Awstraljana Kiah Melverton (1:58.01) iddaħħal lit-team tagħha f’7:51.41, li kien tajjeb biżżejjed għall-bronż.