Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti

Aqra wkoll

Inter għelbu lil Salernitana 4-0 f’San Siro biex kabbru l-vantaġġ għal 10 punti fil-quċċata tas-Serie A u b’hekk issa huma l-favoriti netti li jirbuħ l-Iscudetto.

Marcus Thuram (17) u Lautaro Martinez (19) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals b’dan tal-aħħar jiskorja l-20 goal tiegħu fil-kampjonat Taljan minn 22 partita.

Denzel Dumfries żied ieħor ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima biex Marko Arnautovic (92) issiġilla r-rebħa għan-Nerazzurri biex komplew bir-rekord ta’ rebħiet f’din is-sena kalendarja.

Ekonomija

Sport