Wednesday, July 24, 2024

Gigi D’Alessio f’Malta għal Marzu li ġej

Aqra wkoll

Is-Sibt 23 ta’ Marzu ser ikun qiegħed jitella’ l-kunċert Gigi D’Alessio in Concert with Versatile Orchestra fl-MFCC Ta’ Qali.

Dan il-kunċert jifforma parti mill-ewwel edizzjoni tal-VERNAL Festival, programm ta’ mużika li matul l-istess ġimgħa tal-kunċert imsemmi ser jiġbor fih numru ta’ avvenimenti mużikali oħrajn li jinkludu West Side Story – The Musical fit-Teatru Astra, Għawdex; Mosaic Ensemble – Jazz music meets the Mediterranean fil-Valletta Campus Centre, il-Belt Valletta; D’Alma Trio fil-Casino Maltese, il-Belt Valletta; u Genios – Classical Music meets Flamenco fil-Phoenicia Grand Ballroom, il-Floriana.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo, il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, il-kantant Taljan Gigi D’Alessio, iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia u l-Mro Pawlu Borg f’isem l-organizzaturi ta’ dan il-festival.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dawn it-tip ta’ avvenimenti jikkonfermaw l-impenn ċar li jkomplu jtejbu l-kwalità fil-prodott turistiku lokali. “Hekk kif is-sena l-oħra rnexxielna niksbu l-aqwa riżultati turistiċi fl-istorja, din is-sena qegħdin naraw li nkomplu ntejbu dak li noffru bħala pajjiż billi naraw avvenimenti kulturali fi żmien fejn normalment ma jkunx assoċjat mal-kalendarju turistiku. Dan huwa l-mod li ser nibqgħu naħdmu bih biex nassiguraw li t-turiżmu jinbena fuq sisien sostenibbli għaż-żmien li ġej,” irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport