Wednesday, July 24, 2024

Il-Greċja tillegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Aqra wkoll

Il-Greċja sar l-ewwel pajjiż b’maġġoranza Kristjana Ortodossa li llegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Il-koppji tal-istess sess, se jitħallew ukoll jadottaw it-tfal b’mod legali. Dan wara li nhar il-Ħamis, fil-parlament tal-Greċja għaddiet l-abbozz tal-liġi dwar iż-żwieġ bejn l-istess sess. 

Il-Prim Ministru tal-pajjiżn, Kyriakos Mitsotakis qal li l-liġi l-ġdida se tneħħi l-inugwaljanza serja li hemm fil-pajjiż. 

Dan kollu ntlaqa’ ferm tajjeb mill-organizzazzjonijiet LGBTQ fil-pajjiż. Bosta ddiskrivewh bħala mument storiku u ta’ ferħ. 

Ħmistax mis-27 membru tal-Unjoni Ewropea diġà llegalizzaw iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. 

Il-Greċja kienet baqgħet lura minn ċertu liġijiet u riformi, minħabba li fil-pajjiż il-Knisja għandha qawwa kbira. 

Ekonomija

Sport