David Popovici kompla juri l-potenzjal tiegħu meta segwa s-suċċess Ewropew tiegħu tal-100m freestyle bir-rebħa fl-avveniment tal-200m, filwaqt li t-Taljana Simona Quadarella kisbet ukoll it-tieni titlu individwali tagħha fil-Kampjonati Ewropew tal-Għawm f’Roma 2022.
Kien hemm ukoll l-ewwel midalji tad-deheb Ewropej għal Louise Hansson tal-Isvezja, Lisa Mamie tal-Isvizzera u Apostolos Christou tal- Greċja.
Ir-Rumen ta’ 17-il sena, Popovici, kiseb doppjetta tad- deheb bit-tieni rebħa stupenda, din id-darba fil-200m freestyle.
Nhar is-Sibt huwa stabbilixxa rekord dinji ġdid fil- finali tal-100m freestyle u kien il-favorit assolut biex iżid il-kuruna Ewropea tal-200m mal-lista tal-unuri tiegħu.
Kif kien mistenni, ħadd mir-rivali tiegħu ma seta’ jersaq viċin b’Popovici jillidja mill-50m u jispiċċa f’ħin ta’ minuta 42.97, li kien rekord ġdid dinji taż-żgħar.
Kien 0.97 sekonda inqas mir-rekord dinji tal-anzjani eżistenti – stabbilit mill-Ġermaniż Paul Biedermann fl- istess post tal-Foro Italico fil- FINA Worlds tal-2009, iżda l-adoloxxenti jemmen li “jum wieħed” jista’ jikser dik il- figura monumentali wkoll.
Antonio Djakovic (1:45.60) tal-Isvizzera ħa l-fidda, b’Felix Auboeck (1:45.89) tal-Awstrija jikseb il-bronż.
Simona Quadarella kienet rebħet il-1500m f’kull waħda mill-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej u abbażi tal-ħin ta’ kwalifikazzjoni – ħadd ma kien se jersaq viċin li jċaħħadha t-tielet kuruna konsekuttiva fl-avveniment.
Veru għall-forma din kienet rebħa komda għatTaljana li żgurat li l-innu nazzjonali tagħha jindaqq għall-ħames lejl konsekuttiv f’Roma 2022.
Hija spiċċat fi 15-il minuta 54.15 sekondi biċ-champion Ungeriża tal-400m medley individwali, Viktoria Mihalyvari-Farkas (16:02.15) tieħu l-fidda u t-Taljana l-oħra, Martina Rita Caramignoli (16:12.39) il-bronż.
Iċ-champion renjanti u rebbieħa tal-midalja tal-fidda fil-Mondjali, Marie Wattel ta’ Franza kienet l-aktar kwalifikata veloċi u favorita għad- deheb fil-finali tal-100m butterfly, iżda Louise Hansson kellha ideat oħra.
L-għawwiema Svediża enfasizzat fil-fond is-saħħa tan-nazzjon tagħha billi approfittat min-nuqqas tal-kollega tat-team, Sarah Sjostrom, mill-avveniment billi bil-qawwa rebħet l-ewwel titlu Ewropew individwali tagħha.
Hansson messet il-ħajt f’56.66 sekondi, b’Wattel (56.80) it-tieni u Lana Pudar ta’ 16-il sena (57.27) tal-Bosnja Herzegovina, it-tielet.
Il-folla partiġġana mistennija tara aktar suċċessi f’darhom fil-finali tal-irġiel tal-50m backstroke, li kienet tinkludi d-detentur tar-rekord dinji tal-100m backstroke u ċ-champion Ewropew tal-50m butterfly, Thomas Ceccon.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena pproduċa bidu qawwi, iżda kien Apostolos Christou tal- Greċja li rebaħ l-ewwel titlu Ewropew tiegħu, meta mess il-ħajt f’24.36 sekondi; biex ċaħħad lil Ceccon it-tieni titlu individwali b’0.04 sekondi. Ole Braunscweig tal- Ġermanja (24.68) ħa l-midalja tal-bronż.
Ir-rebbieħa tal-midalja tal-bronż tad-dinja tal-2019, Martina Carraro, li kienet f’lane 4, kellha appoġġ qawwi mill- partitarji tad-dar u bdiet tajjeb, iżda kienet Lisa Mamie tal-Isvizzera li rebħet f’dik li kienet battalja tattika affaxxinanti.
Mamie kisbet id-deheb f’2:23.27 minuti, b’Carraro (2:23.64) it-tieni u l-leader bikrija Kotryna Teterevkova (2:24.16) tal-Litwanja, tieħu l-bronż.
L-avveniment finali tal-ħames ġurnata kien ir-relay tal-4x100m imħallta li ra l-vantaġġ jinbidel diversi drabi matul din it-tellieqa affaxxinanti hekk kif it-timijiet ippruvaw tattiċi differenti mal- għawwiema tagħhom irġiel u nisa.
Franza llidjat wara l-marka tal-100m qabel l-Italja u mbagħad l-Isvezja missew l- ewwel wara t-tieni u t-tielet legs rispettivi.
Daħlu lura Franza u madwar 90 minuta wara li tilfet id-deheb fil-100m butterfly, Marie Wattel, tat ir-rebħa lit-team tagħha fi 3:22.80 minuti.
Freya Anderson tal-Britannja temmet it-tieni wara li kienet fir-raba’ post biex rebħu l-fidda fi 3:23.30 waqt li l-Isvezja spiċċaw bil-bronż fi 3:23.40.