L-Unjoni Ewropea tat-Trott qed torganizza l-Kampjonat Ewropew annwali tagħha għall-Apprentisti din id-darba fil-koros Spanjoli ta’ Manacor u Son Pardo fil-gżira Balearika ta’ Mallorca. Is-sewwieqa minn 12-il pajjiż Ewropew qed jaslu fil-belt ta’ Palma f’dawn il-jiem biex jikkompetu f’avveniment fuq medda ta’ jumejn b’total ta’ 4 tiġrijiet għal kull sewwieq parteċipant. Dawn it-tiġrijiet se jsiru għada s-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Ottubru. Il-Malta Racing Club għażel lil Denilson Cortis biex jikkompeti bil-kuluri ta’ pajjiżna f’dan l-avveniment internazzjonali.

Malta rritornat għall-kompetizzjoni f’dan il-Kampjonat għall-Apprentisti lura fl-2023 meta l-avveniment sar f’Malta. F’dik l-okkażjoni, Jean Claude Pace irnexxielu jirbaħ dan il-Kampjonat; suċċess internazzjonali straordinarju ġewwa pajjiżna stess. Il-parteċipant tas-sena l-oħra Nelson Azzopardi kellu parteċipazzjoni diżappuntanti iżda wieħed issa jittamaw għal riżultat ieħor tajjeb għal Denilson Cortis. Denilson Cortis huwa sewwieq żagħżugħ b’248 parteċipazzjoni f’tiġrijiet uffiċjali, minn meta kiseb il-liċenzja tas-sewqan tiegħu fl-2019. Sal-lum għandu 16-il rebħa b’madwar 40 wirja oħra fuq il-podju.
L-parteċipanti tal-kampjonat għall-Apprenisti ta’ din is-sena huma dawn,
1. Linus LANNOO – Belġju
2. Louis GOETZ – Franza
3. Lukas STROBL – Ġermanja
4. Lee WAKEFIELD – Gran Brittanja
5. Tamás DUKAI – Ungerija
6. Robbie MAGUIRE – Irlanda
7. Santo OLLIO – Italja
8. Cortis DENILSON – Malta
9. Zoë WESTER – Olanda
10. Marcus Totland AADLAND – Norveġja
11. Catalina FUSTER SERVERA – Spanja
12. Victor S SUNDGREN – Żvezja
Il-Malta Racing Club jawgura lil Denilson Cortis kull suċċess għal din il-parteċipazzjoni internazzjonali.