Illum it-team nazzjonali Malti se jilgħab it-tieni logħba tiegħu fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo 2024 tal-LEN li qed isiru f’Dubrovnik u f’Zagreb, il-Kroazja, meta se jiltaqgħu kontra Iżrael f’partita minn Grupp C li tibda fil-5.00 pm.
Il-Maltin ġejjin mit-telfa missielta kontra l-Ġermanja bl-iskor ta’ 18-13 fejn kien fit-tielet sessjoni li huma ġew superati wara li bdewha f’paritá ta’ 9-9.
Infatti l-goals min-naħa tal-players tagħna naqsu drastikament tant li skorjaw erbgħa biss fl-aħħar żewġ sessjonijiet bil-ħsara ssir fit-tielet waħda li l-Ġermaniżi rebħuha 6-2.
Meta l-avversarji tagħna, Iżrael, ġejjin minn telfa kbira ta’ 22-1 kontra s-Serbja wieħed jittama li l-Maltin ma jħalluhomx jirkupraw minnha biex fl-istess ħin ikollna ċ-ċans li nilagħbu għal post bejn id-disa’ u t- 12-il wieħed.