Tuesday, May 14, 2024

Kampjonat Ewropew tal-waterpolo: Telfa oħra kbira għal Malta kontra l-Greċja

Aqra wkoll

Greċja……………25

Malta………………6

(8-1, 6-2, 4-1, 7-2)

Wara t-telfa ta’ 19-5 kontra l-Kroazja, waslet telfa kbira oħra għat-team nazzjonali Malti tal-waterpolo din id-darba ta’ 25-6 kontra l-Greċja.

Il-Griegi riedu jiskorjaw kemm jista’ jkun goals għall-fini ta’ pjazzament finali fil-klassifika u finalment irnexxielhom jagħmlu dan.

L-ewwel sessjoni pproduċiet xejn inqas minn disa’ goals bil-Griegi joħorġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 8-1, bil-goal għall-Maltin jasal mill-captain Matthew Zammit.

Fit-tieni sessjoni kompla d-dominju assolut tal-Griegi fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-2, b’Ben Plumpton u Jeremy Abela jsibu x-xibka għall-Maltin.

Il-Greċja rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba b’punteġġ ta’ 4-1, bil-goal għal pajjiżna jasal minn Matthew Zammit.

Il-Griegi għamlu l-en plain meta rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 7-2, b’Matthew Zammit minn penalty u Jamie Gambin iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għall-Maltin.

Greċja: 1-Panagiotis Tzotzatos, 2-Konstantinos Gendounas, 3-Dimitrios Skoumpakis, 4-Nikolaus Gkillas (2), 5-Stylianos Argyropoulos (3), 6-Alexandros Papanastasiou (2), 7-Georgios Dervisis (4), 8-Ioannis Alafragkis (4), 9-Nikolaos Kopeliadis (2), 10-Konstantinos Kakaris (2), 11-Emmanouil Solanakis (3), 12-Angelos Vlachopoulos (1), 13-Konstantinos Limarakis (3) Coach: Theodoros Vlachos

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Sam Gialanze, 3-Andreas Galea, 4-Jamie Gambin (1), 5-Dino Zammit, 6-Darren Zammit, 7-Ben Plumpton (1), 8-Nicholas Bugelli, 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit, 11-Benji Cachia, 12-Dino Zammit, 13-Matthew Zammit (3), 14-Nicky Grixti Coach: Karl Izzo

Referees: Radoslaw Koryzna (Polonja), Robert Horvath (Slovakkja)

Sport