Sunday, December 22, 2024

Kampjonat Ewropew tal-waterpolo U/19: Malta tispiċċa fl-10 post

Aqra wkoll

OLANDA…………………. 13

MALTA……………………… 9

(1-1, 4-2, 4-1, 4-5)

L-Olanda għelbu lil Malta għat-tieni darba biex spiċċaw fid-disa’ post tal-Kampjonat Ewropew Under-19 tal-LEN li jintemm illum f’Podgorica, Montenegro. Għalhekk it-team tagħna kellu jikkuntenta bl-għaxar post li madankollu huwa wieħed storiku għax fil-passat l-ebda team Malti ma spiċċa f’pożizzjoni aktar għolja u għalhekk il-coach Anthony Farrugia u l-players għandhom ikunu sodisfatti bil-wirjiet tagħhom … żgur li temmew dan it-tournament b’ras­hom mgħollija.

Farrugia  beda bil-goalkeeper Matthew Bonello Du Puis iżda għall-aħħar ses­sjoni daħal Andrew Bu­geja.

Il-logħba l-Maltin tilfuha fit-tieni u fit-tielet ses­sjonijiet meta sofrew tmien goals kontra tlieta.

Kienu l-Maltin li marru fil-vantaġġ l-ewwel meta wara 2:22 minuti kien Sam Gialanze li għeleb lill-goalkeeper Olandiż b’dawn jiksbu d-draw 22 sekonda mit-tmiem meta Lens Wijgers għamilhom 1-1.

It-tieni sessjoni pattiet għall-ewwel waħda f’dawk li huma goals meta ġew skorjat xejn inqas minn sitta bl-Olanda jagħlquha 5-3 minn fuq.

Kien Gianni Farrugia li għamilhom 2-1 iżda Jimmy Sjardin ippareġġa. Penalty ta’ Gialanze reġa’ poġġa lill-Maltin minn fuq bl-Olandiżi jwieġbu bi tliet goals minn Marnick Snel darbtejn, it-tieni wieħed bi player iktar fil-pitch.

It-Tulipani ma ħarsux lura għax fit-tielet sessjoni huma kabbru l-iskor meta skorjaw darbtejn oħ­­ra minn Mart Van der Wijnden minn penalty bl-istess player jerġa’ isib ix-xibka bil-logħob miftuħ.

Kien Jake Bonavia li għamel l-iskor 7-4 bi player iżjed u wara li tkeċċa Gialanze b’sostituzzjoni kien Lars Josh Ten Broek li żied it-tmien goal bi player żejjed u Jimmy Sjardin sab ix-xibka għal 9-4.

L-aħħar sessjoni pproduċiet disa’ goals bl-Olanda dejjem b’vantaġġ komdu fejn għalihom skorjawThij­men Seppe Karel bi player iktar, Wijgers, Van der Weij­den u Tim Ketelaars waqt li Mark Castillo, Farrugia, Alec Fenech u Jake Cachia, it-tnejn bi player iktar u Daniel Rizzo minn penalty skorjaw għal Malta.

Olanda: 1-Sander Berkenbosch; 2-Terrance Jakobus Smit; 3-Jens Laurens Wijgers (2); 4-Thijmen Seppe Karel (1); 5-Marnick Snel (2); 6-Jimmy Sjardijn (2); 7-Lars Josh Ten Broek (c) (1); 8-Mart Van der Weijden (3); 9-Stan Bono Meijn (1); 10-Tijs Schouwerwou; 11-Max Thijmen Reijchard; 12-Tim Ketelaars (1); 13- Pepijn Willem Stevens.

Malta: 1-Andrew Bugeja; 2-Matthew Mifsud; 3-Sam Gialanze (2); 4-Daniel Rizzo (1); 5-Jake Cachia (1); 6-Russell Caruana; 7-Jayden Cutajar; 8-Mark Castillo (1); 9-Kieyan Borg; 10-Jake Bonavia (c) (1); 11-Alec Fenech (1); 12-Gianni Farrugia (2); 13-Matthew Bonello Du Puis.

Referees: Vuk Milovic (Turkija), Andras Petik (Ungerija). 

Ekonomija

Sport