Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Kampjonat Ewropew U21: Malta ttemm l-impenji tagħha mingħajr l-ebda punt

Kampjonat Ewropew U21: Malta ttemm l-impenji tagħha mingħajr l-ebda punt

0
78

LATVJA ………2

MALTA ………0

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għalaq l-impenji tiegħu fi Grupp F tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2027 b’telfa ta’ 2-0 kontra l-Latvja fid-Daugava Stadium.

Fl-ewwel taqsima, l-azzjonijiet perikolużi kienu limitati iżda ż-żewġ naħat kellhom xi opportunitajiet biex jiftħu l-iskor.

Kienu l-Maltin li heddew l-ewwel fir-raba’ minuta. Shaisen Attard sab ftit spazju u pprova xutt bid-dawra, bil-goalkeeper Ņikita Parfjonovs jagħmel intervent tajjeb biex ċaħħad lil Malta minn bidu mill-aqwa.

Il-Latvja wieġbu kważi immedjatament u fis-sitt minuta Bruno Melnis kellu ċans mill-viċin, iżda James Sissons kien pront biex jilqa’ u jevita l-periklu.

Hekk kif il-logħba kompliet, iż-żewġ timijiet sabuha diffiċli biex joħolqu opportunitajiet ċari. Fit-32 minuta, il-captain Latvjan Ivans Patrikejevs ipprova jissorprendi lil Sissons, iżda l-goalkeeper Malti kien attent u salva t-tentattiv tiegħu.

Fl-40 minuta Malta reġgħet resqet lejn il-lasta avversarja minn sitwazzjoni ta’ free-kick. Shaisen Attard ipprova għal darb’oħra b’konklużjoni bid-dawra, iżda Parfjonovs kien attent u żamm il-ballun.

L-ewwel taqsima għalhekk intemmet 0-0, b’Malta tagħti wirja dixxiplinata u Sissons u Parfjonovs jagħmlu l-interventi meħtieġa meta ġew imsejħa fl-azzjoni.

Ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, il-Latvja marru fil-vantaġġ. Ivans Patrikejevs ta freekick pinġut fejn sab lil Kristaps Romanovs, li kompla bir-ras għal ġewwa wara Sissons għal 1-0.

Ir-reazzjoni Maltija waslet fil-55 minuta meta Shaisen Attard sab lil Mattias Ellul f’pożizzjoni tajba. Ellul ikkonkluda mill-ewwel lejn il-lasta, iżda l-ballun għadda barra u Malta tilfet opportunità li ġġib id-draw.

Il-Latvja sabu t-tieni gowl fis-60 minuta. Ivans Patrikejevs inkariga ruħu minn free-kick dirett u t-tentattiv tiegħu stampa mal-lasta. Il-ballun iżda spiċċa għand Valerijs Lizunovs, li approfitta mir-rebound u kkonkluda għal ġewwa biex kabbar il-vantaġġ Latvjan għal 2-0.

Il-Latvjani baqgħu ferm perikolużi u fis-87 minuta kien Gļebs Mihaļcovs li kellu t-tentattiv tiegħu mblukkat mid-difiża Maltija.

Dik kellha tkun l-aħħar okkażjoni tal-logħba bil-Latvjani ferm kuntenti li ħarġu mid-Daugava Stadium bi tliet punti filwaqt li l-Maltin dehru ferm diżappuntati hekk kif tilfu l-għaxar partiti li lagħbu fil-grupp.

Latvja U21 – 1 Ņikita Parfjonovs, 3 Alans Kangars, 5 Kevins Cēsnieks (Markus Ivulans 81 min), 6 Ralfs Kragliks, 8 Ivans Patrikejevs (C), 9 Valerijs Lizunovs (Neil Veinbergs 79 min), 13 Gļebs Mihaļcovs, 16 Rūdolfs Kļavinskis (Danny Anisjko 46 min), 17 Bruno Melnis (Ralf Sitjakovs 91 min), 18 Kristaps Romanovs, 21 Kristiāns Mežsargs (Milans Tihonovics 91 min).

Coach: Jakub Dovalil

Malta U21 – 12 James Sissons, 2 Deacon Abela, 3 Mattias Ellul, 4 Jake Vassallo, 6 Andrew Borg (Lucas Caruana 87 min), 7 Shaisen Attard, 9 Isaiah Chukunyere (Trezeguet Zammit 70 min), 13 Kean Scicluna (Nathan Cross 46 min), 16 Jake Micallef (C), 17 Bjorn Buhagiar (Kaiden Fenech 70 min), , 20 Alfie Bridgman (Brooklyn Borg 46 min).

Coach: Davide Mazzotta.

Referee: Antoine Chiaramonti (Andorra),

Assistant Referees: Carlos Gonçalves (Andorra),, Guillem Dalmau (Andorra),,

Ir-Raba’ Uffiċjal: Marta San Juan (Andorra)

Imwissija: Shaisen Attard (M), Rūdolfs Kļavinskis, Ralfs Kragliks (L)

Skorjaw: Kristaps Romanovs 50 min, Valerijs Lizunovs 60 min (L)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here