MALTA ………………….15
GRAN BRITANNJA ……5
(3-1, 3-0, 5-3, 4-1)
It-team Malti ma setax jagħlaq l-impenji tiegħu aħjar meta għamilhom erba’ rebħiet minn daqstant logħbiet bl-aħħar vittmi jkunu l-Gran Britannja li qatt ma kienu viċin li setgħu jieħdu xi ħaġa minn din il-partita, li fiha ddistingwa ruħu Jayden Cassar li skorja ħames goals.
Intant l-ewwel sessjoni tat indikazzjoni fejn setgħu jmorru l-punti meta l-Maltin rebħuha 3-0 b’goals minn Elijah Schembri, Enrico Mallia u Julian Chircop minn penalty waqt li Robert Bentham skorja għall-Ingliżi.
Anke t-tieni sessjoni kienet dominata mill-Maltin li skorjaw tlieta mingħajr risposta minn Schembri 2, it-tieni wieħed minn penalty, biex għamlu l-iskor 6-1.
Fit-tielet sessjoni saru tmien goals fejn Chircop, bi player iktar, Cassar bi tlieta, l-ewwel wieħed b’man-up ukoll u Lee Montebello bl-Ingliżi jwieġbu minn Alastair Cook 2 it-tieni bi player iżjed u Murray Dickson minn penalty.
Il-goals mill-Maltin ma waqfux meta fl-aħħar sessjoni skorjaw erba’ oħra minn Cassar (pen), Gabriel Bonavia, Chircop u Zak Cutajar Licari (pen) waqt li Dickson wieġeb għat-telliefa minn penalty.
Il-players li uża Cirovic matul it-tournament kienu Zack Dzanovic, Sam Engerer, Julian Valletta, Gabriel Bonavia, Jayden Cassar, Dean Bugeja, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar, Elijah Schembri, Julian Chircop, Luigi Mallia, Enrico Mallia, Isaac Schembri, Lee Montebello u Nathan Bonavia.
Referees: Rok Vehovek (Slovenja), Ardaches Ovanezian (Bulgarija).
Fil-klassifika Maltin temmet bi 12-il punt, il-Polonja 9, is-Slovakkja 6, il-Gran Britannja 3 u l-Latvja 0.