Wednesday, April 24, 2024

12 mejta wara li terremot qawwi laqat lill-Ekwador

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 12-il persuna mietu wara li terremot qawwi laqat il-kosta tan-Nofsinhar tal-Ekwador. Ġew irrapportati ħsarat f’diversi bliet wara t-terremot li kejjel 6.7 fuq l-iskala Richter.

Il-provinċja tan-nofsinhar ta’ El Oro kienet l-aktar milquta, fejn is-servizzi ta’ emerġenza rrappurtaw li n-nies kienu għadhom maqbuda fid-djar ġewwa djar imġarrfa.

L-awtoritajiet lokali qalu li minn tal-inqas 11 mietu f’El Oro u persuna oħra tilfet ħajjitha fil-provinċja ta’ Azuay.

Il-President Guillermo Lasso talab lill-Ekwadorjani biex jibqgħu kalmi hekk kif l-uffiċjali qegħdin jevalwaw il-ħsara. “Timijiet ta’ emerġenza jinsabu fuq il-post biex joffru l-appoġġ kollu tagħhom lil dawk li ġew affettwati,” qal Lasso. 

L-uffiċċju tas-Sur Lasso kkonferma wkoll li diversi persuni sfaw midruba u kienu qed jingħataw kura l-isptar, għalkemm ma ngħatawx aktar dettalji dwar il-kundizzjoni tagħhom.

Sport