Tuesday, April 23, 2024

Kampjonat Premier: Bilanċ assolut bejn Naxxar Lions u Balzan

Aqra wkoll

Naxxar L………………..1

Balzan……………………1

Il-Ġimgħa filgħaxa ingħata bidu għall-20 ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier bil-partita bejn Naxxar Lions u Balzan li ntemmet fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd minħabba li ż-żewġ timijiet għadhom fil-periklu tar-relegazzjoni.

Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta meta xutt fil-baxx mill-viċin ta’ Pablo Augusto ġie salvat mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Balzan, Rudy Briffa.

Żewġ minuti biss wara, qabel azzjoni ta’ freekick ta’ Balzan, huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa  Ivan Bozovic permezz ta’ karta ħamra diretta wara li ta daqqa ta’ minkeb lil Edson Farias.

Naxxar approfittaw mill-ewwel mill-vantaġġ numeriku għax fil-21 minuta fetħu l-iskor meta EDSON FARIAS bir-ras antiċipa l-ħarġa ta’ Rudy Briffa u tefa’ ġewwa.

In-Naxxarin komplew juru l-aħjar logħob u f’nofs it-tieni taqsima resqu viċin mid-daqqa ta’ ras ta’  Joao Moura li iżda għaddiet barra fi ftit.

Fit-36 minuta, huma kienu sfortunati li ma rduppjawx meta Elizeu venven xutt minn barra l-kaxxa li ħabat mal-wieqfa, bil-goalkeeper Rudy Briffa megħlub għal kollox.

Fit-tieni taqsima, il-Balzanin ħarġu aktar avventurużi u fis-70 minuta kisbu d-draw meta

Fit-82 minuta, kien imiss lil Naxxar li jispiċċaw b’għaxar players hekk kif Elizeu Esperito Santo ntwera l-karta l-ħamra diretta għall-foul professjonali fuq George Blackwood.

Naxxar Lions: 1-Matthias Debono, 15–Ryan Gilmour Cassar (7-Mark Fenech 66), 23-Maicon da Silva, 33-Joao Moura, 5-Fernando Barbosa, 20-Elizeu Espirito Santo, 8-Neil Pace Cocks (3-Nikolai Micallef 81), 26-Yasukaze Ito, 17-Takuma Yamaguchi (22-William Marcilio 75), 10-Edson Farias, 9-Pablo Augusto Coach: George Vella

Balzan: 1-Rudy Briffa, 23-Nikola Zerjal (11-Benjamin Hili 69), 5-Samir Arab, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 27-Olivier Rommens, 18-Ryohei Michibuchi, 10-Jan Busuttil (Aleksandar Katanic 69), 77-Aleksa Andrejic, 14-Dimeji Awosanya (17-Han Euigwon 81 min), 80-George Blackwood Coach: Oliver Spiteri

Referee: Darryl Agius

Ass Referees: Duncan Sultana, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffċjal: Daniel Portelli

Skoters: E. Faris 21 (N), A. Katanic 70 (B)

Tkeċċew: I. Bozovic (B), E. Espirito Santo (N)

Ammoniti: E, Faris, R. G. Cassar, T. Yamaguchi, J. Vitor (N), D. Awosanya (B)

Player tal-Logħba: Pablo Augusto (N)

Sport