Sunday, December 29, 2024

Kampjonat Premier: Birkirkara kellhom jitħabtu

Aqra wkoll

Birkirkara ……………..1

Sliema Wanderers ….0

Birkirkara kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida tat-team promoss ta’ Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 1-0. Kienet partita li setgħet marret kull naħa bi Sliema joffru oppożizzjoni denja hekk kif dehru tattikament ferm organizzati f’kull dipartiment.

Dan kollu jindika li l-Wanderers, għalkemm għadhom kemm ġew promossi mill-BOV Challenge League se jkunu avversarji diffiċli għal kull team.

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta u nieqsa minn kull emozzjoni, b’din tkun kemmxejn nervuża b’fouls goffi miż-żewġ naħat.

Fl-ewwel nofsiegħa tal-partita, Sliema, kellhom iktar minn dak li jirrigwardja  pussess tal-ballun. Madankollu, Birkirkara bdew iżidu fir-ritmu tal-logħob tagħhom u kienu huma li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-33 minuta meta minn azzjoni ferm veloċi, Queiroz de Jesus kellu x-xutt fil-baxx jiġi salvat tajjeb minn mal-art mill-goalkeeper Rashed Al Tumi.

Sliema wieġbu fil-45 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Freire li għaddiet ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu Birkirkara li ħarġu fuq l-offensiva meta Adailton Queiros de Jesus li kien f’pożizzjoni ideali, ma laqatx għal ftit mix-xutt angulat ta’ Yannick Yankam.

Sliema wieġbu fit-62 mi­nuta meta Geoffrey Acheampong għadda tajjeb lejn Christ Damsen li kellu x-xutt tiegħu salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Pollakk tal-Istripes, Marcel Zapytowksi.

Iżda kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fit-68 minuta meta Adailton għadda tajjeb lejn Alex Sataria­no li xeħet cross għan-nofs li ġie mxellef minn Jean Borg qabel intemm għand ANDREI CIOLACU li tefa’ l-ballun f’xibka vojta. 

Huma komplew jippressaw u fis-76 minuta, is-sostitut Adailton de Jesus kellu xutt insidjuż jiġi salvat minn Al Tumi, bil-ballun b’xi mod jerġa’ jintemm għand l-istess player li kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jintemm ftit għoli.

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Papovic, 5-Enrico Pepe, 7-Adailton Queiroz de Jesus (70-Omar Elouni 87), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (25-Neil Micallef 78), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Belyre, 42-Simon Zibo, 91-Maxuell Maia (99-Andrei Ciolacu 63)   – Coach: Giovanni Tedesco

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 8-Mark Scerri (99-Karim Abubakar 56), 9-Vito Plut, 11-Myles Beerman (70-Lydon Micallef 85), 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Kouao Christ Damsen (7-Jake Engerer 84), 31-Bernardo Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 39-Samuel Gomes Da Maia (77-Mohamed Abdullahi Awad 76) – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORER: A. Ciolacu 68 (B)

AMMONITI: J. Pajovic, E. Pepe (B), M. Scerri, V. Plut, G. Alcino (SW)

Ekonomija

Sport