Wednesday, October 9, 2024

Kampjonat Premier: Bidu ferm pożittiv għal Floriana

Aqra wkoll

Sta Lucia …….0

Floriana ………4

Floriana bdew l-istaġun fuq nota mill-aktar pożittiva meta għelbu l-isfida ta’ Santa Lucia bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu meta minn free-kick ta’ Hulk, Lucas Sena Silva għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa, iżda dan il-goal tħassar minħabba offside.

Fis-26 minuta, Floriana, rebħu penalty meta Jose Uli­ses Arias twaqqa’ fil-kaxxa minn Sven Xerri. Mill-11-il metru, l-istess JOSE ULISES ARIAS  ma żbaljax.

Tliet minuti wara huma rduppjaw meta JAN BUSUTTIL irċieva ballun fuq il-lemin mingħand Jose Ulises Arias, u b’xutt angulat għe­leb lil Francisco Cello.

Fis-36 minuta Hulk kellu freekick mid-distanza salvat mill-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.

Dan sabiex, fid-39 minuta, Matheus Sousa għall-Greens għadda tajjeb lejn Jan Busuttil li kellu x-xutt djagonali tiegħu jgħaddi ftit barra.

Santa Lucia wieġbu żewġ minuti wara meta Jan Tanti xeħet cross fejn Lucas Sena Silva kellu d-daqqa ta’ ras tintemm ftit barra.

Fit-42 minuta, il-Luċjani qalghu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif tkeċċa Steve Pisani, wara li rċeva żewġ karti sofor.

Żewġ minuti fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Arias kellu l-free-kick salvat minn Celia.

Fid-49 minuta, free-kick sabih ta’ Hulk ġie salvat taj­jeb minn Kitanov.

Iżda, żewġ minuti wara, Floriana għamluhom tlieta meta minn cross fit-tul ta’ Busuttil, Matheus Sousa daħal fil-kaxxa qabel kellu tentattiv angolat jintemm għand KEMAR REID li b’xutt fil-baxx għeleb lil Celio.

Fit-78 minuta, il-Greens setgħu għamluhom erbgħa wara li ngħataw penalty ieħor meta l-captain Jurgen Pisani mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda Matheus Sousa kelllu t-tentattiv tiegħu imblukkat darbtejn minn Celio.

Madankollu, fit-88 minuta,  huma ssiġillaw ir-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ OUALID EL HASNI.

Dan sabiex fit-93 minuta, Mattia Veselji, dejjem għall-Greens, laqat il-wieqfa b’xutt minn barra l-kaxxa.

STA LUCIA: 12-Francisco Da Paz Silva Filho, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 9-Eduardo Alves Pereira (29-Jed Valletta 61), 10-Tatsuro Nagamtsu, 11-Lucas Sena Silva (14-Dexter Xuereb 46), 17-Jurgen Pisani, 18-Jan Tanti (15-Adam Bradshaw 46), 20-Nicolas Gonzalo Virano, 22-Hulk (33-Patrick De Oliveira Ramos 83), 55-Sven Xerri (6-Matthias Vella 63)   – Coach: Alessandro Zinnari

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (7-Mattia Veselji 63), 9-Kemar Reid, 10-Jan Busuttil (22-Kyrian Nwoko 79), 11-Matheus De Sousa (14-Eman Micallef 79), 12-Dunstan Vella, 20-Nicolas Matias Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (2-Adam Magri Overend 46), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouros   – Coach: Mauro Camoranesi

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Alan Camil­leri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORERS: J. Ulises Arias pen. 26, J. Busttil 29, K. Reid 51, O. El Hasni 88 (F)

AMMONITI: S. Pisani, J.Pisani, S. Xerri (SL), O. El Hasni, J. U. Arias, C. Zammit Lonardelli (F)

TKEĊĊA: S. Pisani 42 (SL)

Sport