Gzira Utd ……..1
Sta Lucia ……..2
Sta Lucia għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal fil-ħin miżjud biex kisbu tliet punti mill-aktar importanti, u issa telgħu żewġ punti taħt l-istess Gzirjani fiż-żona tar-relegazzjoni.
Din it-telfa għall-Maroons tindika sitwazzjoni mill-aktar allarmanti, hekk kif kuntrarju għall-istaġun li għadda temmew fit-tielet post tal-klassifika u saħansitra kkwalifikaw għall-kompetizzjoni tal-UEFA Conference League, issa jinsabu fil-periferija taż-żona l-ħamra u jekk ma jurux titjib fil-logħob se jinqabdu fit-taqtiegħa li fiha jistgħu jitilfu posthom mal-kbar.
Kienu Santa Lucia li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti rebħu penalty li minnu inkariga ruħu l-captain Jurgen Pisani li ra lill-goalkeeper ta’ Gzira, Darijan Zarkov, isalva bi bravura.
Huma komplew fuq l-offensiva u mal-kwarta logħob fetħu l-iskor meta d-debbutant, DANIEL LETHERBY, kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jintemm fix-xibka, bil-goalkeepr Zarkov jirnexxielu jsalva parzjalment l-ewwel xutt.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u ta’ dan ġew ippremjati meta fid-59 minuta, irnexxielhom isibu x-xibka.
Dan meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Thiago Espindola, GABRIEL BOHRER MENTZ, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża, tefa’ gewwa.
Huma komplew jippressaw u fil-75 minuta is-sostitut Andrew Borg kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat minn fuq il-linja mid-difiża ta’ Santa Lucia, biex salvaw goal ċert.
Santa Lucia skorjaw il-goal tar-rebħa proprju fil-91 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċinn tal-captain JURGEN PISANI, biex patta bis-sħiħ għan-nuqqas li wettaq meta falla penalty wara biss żewġ minuti logħob.
Fil-veritá ma kienx fadal ħin għall-Gżirjani biex isalvaw il-partita biex il-Luċjani komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
GUDJA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao (98-Jackson Mendoza 35), 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (4-Andrew Borg 70), 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Romero Zuniga, 23-Ewertton (15-Hytem Kabar 79), 47-Brooklyn Borg (21-Ryan Essaka 79), 93-Thiago Espindola – Coach: Darren Abdilla
STA LUCIA: 12-Francisco Filho Da Paz, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherty (22-Hulk 66), 10-Tatsuro Nagamatsu (80-Evandro Pinto Gomes 77), 15-Adam Bradshaw, 17-Jurgen Pisani, 18-Aleska Medja, 20-Gonzalo Nicolas Virano (29-Jed Valletta 77), 21-Fabian Santiago Moracci, 27-Alessio Piazza (8-Temitope Abraham 66), 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zanniari
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: D. Letherby 15, J. Pisani 90 (SL), G. Bohrer Mentz 59 (GU)
AMMONITI: A. Mrdja (SL)