Tuesday, May 14, 2024

Kampjonat Premier: Hamrun S. v Hibernians l-aktar partita attraenti

Aqra wkoll

Illum jirritorna l-BOV Kampjonat Premier wara waqfa ta’ tliet ġimgħat min­ħabba l-festi tal-Milied bl- aktar partita interessanti tkun dik bejn il-leaders Hamrun Spartans u Hiber­nians hekk kif l-Ispartans qed igawdu għaxar punti vantaġġ fuq l-istess Pawlisti li jinsabu fit-tieni post … punt taħt Gzira United li jilagħbu kontra Gudja Utd.  

Birkirkara jibdew favoriti kontra Zebbug Rangers filwaqt li Floriana jiftħu dan il-programm b’logħba delikata kontra Sirens. 

Hamrun S. v Hibernians – Bla dubju, din hija l-aktar partita attraenti bil-pressjoni tkun kollha fuq Hiber­nians minħabba li xejn ħlief rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Rebħa għall-Ħamruniżi taqta’ għal kollox lil Hibernians mill-isfida għar-rebħ tat-titlu.

Min-naħa l-oħra, il-Paw­listi jridu jirritornaw għar-rebħa hekk kif ġejjin minn umiljazzjoni ta’ 4-0 kontra Valletta. 

Huma se jkunu mingħajr is-sospiż Thaylor Aldama iżda jirritorna Ferdinando Apap minn sospensjoni. 

Min-naħa ta’ Hamrun, dawn għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni. 

Fl-ewwel round l-Ispartans kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1. 

Floriana v Sirens – Floria­na jiltaqgħu kontra Sirens liema żewġ timijiet ġejjin minn rebħa … Floriana kontra Pietá Hotspurs (3-1) u Sirens kontra Birkirkara (1-0). 

Floriana jimmiraw li jo­ħorġu rebbieħa biex jibqgħu jżommu l-kuntatt mat-timijiet li qed jisfidaw għall-ewwel erba’ postijiet. 

Iżda rebħa għall-Pawlini ttellagħhom punt wieħed biss taħt il-Greens f’nofs il- klassifika. 

Floriana se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiż, Zachary Cassar, iżda jilqgħu lura lil Christian Rutjens minn sos­pensjoni. 

Sirens għandhom tliet players sospiżi – Marcelo Pereira Muniz, Rei Tachikawa u Degran Jackson. 

Fl-ewwel round, iż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 2-2. 

Birkirkara v Zebbug R. – Birkirkara jaffrontaw lil Zebbug Rangers fejn jibdew bħala favoriti li jiksbu t-tliet punti. 

Iżda huma jridu jinsew id-diżappunt tal-aħħar ħar­­ġa tagħhom meta sfaw megħluba minn Sirens biex fallew tliet punti mill-aktar importanti fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. 

Min-naħa l-oħra, Zebbug għandhom bżonn il-punti fil-ġlieda tagħhom lejn is-salvazzjoni. 

L-uniku player sospiż għal din il-logħba huwa l-Karkariż, Diego Pires Dell’ Oca filwaqt li għalihom jirritorna Kurt Zammit minn sospensjoni. 

Fl-ewwel round, Birkirkara għelbu liż-Żebbuġin bl-iskor ta’ 2-1. 

Gzira U. v Gudja U.– Gzira United jiltaqgħu kontra Gudja United fejn jimmiraw li jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva u jkomplu jsaħħu t-tieni pożizzjoni. 

Min-naħa l-oħra, rebħa għall-Gudjani ttellagħhom lejn iż-żona “Ewropea” u għaldaqstant mhux se jċedu pulzier. 

Huma jkunu jridu jkomplu jibnu fuq ir-rebħa ta’ 2-1 fuq Mosta.

Iżda huma għandhom pe­dina importanti nieqes – Karl Micallef minħabba li huwa sospiż. 

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 3-3. 

Balzan v Sta Lucia – Balzan, li jinsabu fl-għaxar post iżda mingħajr il-periklu tar-relegazzjoni, jaffrontaw lil Sta Lucia li jinsabu fit-tieni post mill-aħħar u viċin l-għarqa. 

Rebħa għalihom hija imperattiva hekk kif jidher li t-taqtiegħa għas-salvazzjoni se tkun bejn tliet timijiet, inkluż Zebbug Rangers u Pietá Hotspurs. 

Il-Balzanin se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi taż-żewġ players sospiżi, Ivan Bozovic u Matheus Nogureira de Sousa. Iżda jirritornaw Milos Zlatkovic u Samir Arab minn sospensjoni. 

Fl-ewwel round, Balzan kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.  

Mosta v Marsaxlokk – Din hija partita bejn żewġ timi­jiet li ġejjin minn telfa – Mosta kontra Gudja Uni­ted (2-1) u Marsaxlokk kontra Hamrun Spartans (1-0), b’dawn tal-aħħar jiskorjaw proprju fl-aħħar azzjoni tal-ħin miżjud. 

Aktar minn hekk, ix-Xlukkajri ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt logħbiet meta kisbu biss tliet punti.

L-uniku player sospiż hu­wa dak ta’ Mosta, Tyrone Farrugia filwaqt li Marsa­xlokk jilqgħu lura lil Emerson Vella minn sospensjoni.

Fl-ewwel round, Marsa­xlokk kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 4-1. 

Valletta v Pietá H. – Valletta jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jaffrontaw lil Pietá Hotspurs li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Il-Beltin jinżlu għal dan il-konfront b’moral mill-aktar għoli hekk kif ġejjin minn rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Hibernians. Din ir-rebħa kienet it-tieni waħda b’dan l-iskor għall-Beltin fuq il- Pawlisti, bl-oħra tkun dik ta’ nhar it-2 ta’ Frar, 1946. 

Enmy Pena Beltre huwa sospiż għal Valletta iżda jir­ritorna Eslit Sala minn sospensjoni. 

Min-naħa l-oħra, Zean Leonardi jirritorna għall- Hot­spurs. 

Fl-ewwel round, Valletta rreġistraw l-ikbar riżultat f’dan l-istaġun meta għelbu lill-Pietaniżi b’goleada ta’ 6-0.. 

Sport