Valletta ………1
Naxxar L. ……2
Naxxar Lions komplew jikkonfermaw staġun mill-aktar pożittiv waqt li komplew jixħtu lil Valletta f’aktar inkwiet meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals jaslu fl-ewwel taqsima.
B’din it-telfa, issa l-Lilywhites jinsabu f’sitwazzjoni ferm prekarja tar-relegazzjoni.
Il-Lions ikkonvinċew bis-sħiħ matul id-90 minuta, b’Valletta jwettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima … fejn naqqsu l-marġni fil-bidu tat-tieni taqsima iżda ma rnexxilhomx isalvaw ir-riżultat.
In-Naxxarin għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l- iskor fil-ħames minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Maicon De Souza Da Silva, mill-viċin Tatsuro Nagamatsu ma żbaljax.
Valletta wieġbu ħames minuti wara meta Federico Vega serva lil Shaun Dimech iżda dan ixxuttja fraġli biex ġie salvat mill-goalkeeper Matthias Debono.
Iżda fil-31 minuta, Naxxar irduppjaw meta EDSON FARIAS CORQUEIRA minn pożizzjoni ideali spara fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu ferm aggressivi u fit-tielet minuta ġew ippremjati meta FEDERICO FALCONE approfitta minn indeċiżjoni ta’ Matthias Debono li ħarablu l-ballun minn idejh, u tefa’ ġewwa.
Il-Lions wieġbu żewġ minuti wara meta Pablo Augusto De Carvallo impenja lill-goalkeeper Jake Galea, li dawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara l-istess Pablo Augusto De Carvalho dar ma’ Jake Galea u difensur avversarju iżda ra lil Galea jsalva tajjeb.
Iżda kienu Valletta li resqu ferm viċin li jġibu l-iskor indaqs meta s-sostitut Diego Cardoso Nogueuira, mill-viċin tefa’ barra.
Huma tefgħu kollox fuq l-attakk bit-tama li jsibu l-goal tad-draw, iżda quddiemhom sabu difiża ferm kompatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom, bil-Lions ikomplu jamministarw il-vantaġġ ristrett li kellhom sa tmiem il-partita.
VALLETTA: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Omar Fernando Barrientos (80-Alfred Silas 87), 10-Shaun Dimech (13-Jake Azzopardi 61), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Ptestes Filho, 44-Federico Vega (88-David Garba 87), 66-Neil Anthony Micallef (93-Diego Cardoso Nogueira 46), 77-Jhonnattann Benites (9-Adrian Santiago Ferraris 87) – Coach: Vincenzo Potenza
NAXXAR L. : 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 5-Fernando Barbosa, 8-Neil Pace Cocks, 9-Pablo Augusto De Carvalho, 10-Edson Farias Cerqueira, 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi (16-Robinson Rendon 87), 20-Elizeu Espirito Santos Da Conceicao, 23-Maicon Da Silva, 33-Joao Vitor Moura – Coach: George Vella
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Robert Curtis
RABA’ UFF: Slawomir Olucha
SKORERS: T. Yamaguchi 5, E. Farias Corqueira 31 (NL), F. Falcone 48 (V)
AMMONITI: N. Micallef, N. Pace Cocks (NL), F. Falcone (V)