Naxxar Lions ….0
Gudja United ….1
Permezz ta’ wirja ferm pożittiva, Gzira United, għelbu l-isfida ta’ Naxxar Lions bl-iskor minimu ta’ 1-0, liema rebħa setgħet kienet ferm akbar li kieku approfittaw miċ-ċansijiet li ħolqu.
B’din ir-rebħa, il-Maroons għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni hekk kif ħarġu miż-żona l-ħamra u għaldaqstant issa jridu jżommu l-konsistenza biex jissiġillaw il-profil tagħhom fl-ogħla diviżjoni hekk kif jidher li t-taqtiegħa se tibqa’ inċerta sal-aħħar.
Min-naħa l-oħra, Naxxar xejn ma mpressjonaw anzi ddiżapuntaw bis-sħiħ fejn jidher li t-telfa kbira ta’ 4-1 kontra l-leaders Hamrun Spartans fi tmiem il-ġimgħa li għadda ‘kissritilhom” il- moral.
Fil-fatt huma kienu biss dell tat-team li tant impressjona fl-istadji bikrija tal-istaġun, tant, li kienu t-team rivelazzjoni.
Għall-kronaka, kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta Brookyln Borg mill-viċin spara għoli.
Wara din l-azzjoni, il-logħob żvolġa f’nofs il-ground fejn iż-żewġ difiżi għalqu l-ispazji kollha neċessarji.
Dan sat-42 minuta, meta l-Gżirjani resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Thaylor Aldama għaddiet għoli.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu aktar avventurużi u appena għaddew żewġ minuti, Lucas Macula hedded il-lasti avversarji iżda t-tentattiv tiegħu għadda ftit barra.
Huma komplew jippressaw u, fil-55 minuta, meritatament fetħu l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx u angolat ta’ THIAGO ESPINDOLA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas iżda l-Maroons baqgħu territorjlament aħjar bir-reazzjoni ta’ Naxxar qatt ma waslet biex setgħu jammistraw il-vantaġġ sat-tmiem.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (8-Neil Pace Cocks 46), 5-Fernando Barbosa Pereira, 7-Mark Fenech (22-William Moreira Da Silva Marcilio 46), Pablo Augusto Servo De Carvalho, Edson Farias Cerqueira, Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espirito Santo Da Conceicao (16-Robinson Blandon Rendon 81), 23-Maicon De Souza Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella
GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 11-Lucas Macula (19-Kyle Cameron Walter Spencer 86), 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Roberto Zuniga, 21-Zachary Cassar, 47-Brooklyn Borg (6-Tomislav Knezevic 69), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza (4-Andrew Borg 69) – Coach: Andrew Cohen
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Darryl Agius
SKORER: T. Espindola 55 (GU)
AMMONITI: Z. Scerri, F. R. Zuniga, A. Borg (GU), N. Pace Cocks, E. Espirito Santo Da Conceicao (NL)