Monday, May 13, 2024

Tifla ta’ 6 snin tinstab mejta qalb qrabatha f’Gaza jiem wara li ċemplet għall-għajnuna

Aqra wkoll

Tifla ta’ sitt snin li kienet rappurtata nieqsa f’Gaza x-xahar li għadda nstabet mejta flimkien ma’ qraba u żewġ paramediċi li pruvaw isalvawha.

Hind Rajab kienet qiegħda tipprova taħrab mill-belt flimkien ma’ zijitha, zijuha u tliet kuġini meta l-karozza li kienu qegħdin jivjaġġaw fiha spiċċat wiċċ imb wiċċ ma’ tankijiet tal-gwerra Iżraeliti.

Skont investigazzjonijiet illi saru jidher li ġew intraċċati recordings ta’ telefonati li taw x’jifhmu li ċ-ċkejkna kienet l-unika waħda li rnexxielha ssalva u li kienet pruvat tinħeba qalb il-katavri tal-qraba tagħha. Iċ-ċkejkna għamlet diversi tentattivi ta’ sejħiet għall-għajnuna iżda jidher li t-talbiet tagħha ntemmu bi ħsejjes ta’ aktar tiri sparati.

Omm iċ-ċkejkna kienet l-isptar tistenna lil bintha bil-basket roża tagħha f’idejha meta ngħatat l-aħbar. Qalbha maqsuma hija staqsiet id-domanda li tinsab fuq fomm bosta oħrajn … “Kemm aktar ommijiet iridu jgħaddu minn dan l-uġigħ? Kemm aktar tfal se jkollhom imutu qalb din il-gwerra?”

Sport