Friday, October 4, 2024

Kampjonat Premier: Rebħa importanti għal Gzira United

Aqra wkoll

Naxxar Lions ….0

Gudja United ….1

Permezz ta’ wirja ferm pożittiva, Gzira United, għelbu l-isfida ta’ Nax­xar  Lions bl-iskor minimu ta’ 1-0, liema rebħa setgħet kienet ferm akbar li kieku approfittaw miċ-ċansijiet li ħolqu.

B’din ir-rebħa, il-Maroons għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni hekk kif ħarġu miż-żona l-ħamra u għaldaqstant issa jridu jżommu l-konsistenza biex jissiġillaw il-profil tagħhom fl-ogħla diviżjoni hekk kif jidher li t-taqtiegħa se tibqa’ inċerta sal-aħħar.

Min-naħa l-oħra, Naxxar xejn ma mpressjonaw anzi ddiżapuntaw bis-sħiħ fejn jidher li t-telfa kbira ta’ 4-1 kontra l-leaders Hamrun Spartans fi tmiem il-ġimgħa li għadda ‘kissritilhom” il- moral. 

Fil-fatt huma kienu biss dell tat-team li tant impres­sjona fl-istadji bikrija tal-istaġun, tant, li kienu t-team rivelazzjoni.

Għall-kronaka, kienu Gzira li ħolqu l-ewwel pe­riklu fid-disa’ minuta meta Brookyln Borg mill-viċin spara għoli.

Wara din l-azzjoni, il-logħob żvolġa f’nofs il-ground fejn iż-żewġ difiżi għalqu l-ispazji kollha ne­ċessarji.

Dan sat-42 minuta, meta l-Gżirjani resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Thaylor Aldama għad­diet għoli.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu aktar avventurużi u appena għaddew żewġ minuti, Lucas Macula hedded il-lasti avversarji iżda t-tentattiv tiegħu għadda ftit barra.

Huma komplew jippressaw u, fil-55 minuta, me­ri­tatament fetħu l-iskor per­mezz ta’ xutt fil-baxx u angolat ta’ THIAGO ESPINDOLA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xib­ka.

Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas iżda l-Maroons baqgħu territorjlament aħjar bir-reazzjoni ta’ Nax­xar qatt ma waslet biex setgħu jammistraw il-vantaġġ sat-tmiem.

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (8-Neil Pace Cocks 46), 5-Fernando Barbosa Pereira, 7-Mark Fenech (22-William Moreira Da Silva Marcilio 46), Pablo Augusto Servo De Carvalho, Edson Farias Cerqueira, Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espirito Santo Da Conceicao (16-Robinson Blandon Rendon 81), 23-Maicon De Souza Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso   – Coach: George Vella

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 11-Lucas Macula (19-Kyle Cameron Walter Spencer 86), 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Roberto Zuniga, 21-Zachary Cassar, 47-Brooklyn Borg (6-Tomislav Knezevic 69), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza (4-Andrew Borg 69)  – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORER: T. Espindola 55 (GU)

AMMONITI: Z. Scerri, F. R. Zuniga, A. Borg (GU), N. Pace Cocks, E. Espirito Santo Da Conceicao (NL)

Sport