Saturday, May 4, 2024

73 tifel u tifla jiltaqgħu mal-familjari tagħhom li qed jiskontaw sentenza f’ambjent lil hinn mill-ħabs

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar xhur sar proġett mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza b’kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, fejn għall-ewwel darba beda jkun possibbli li priġunieri li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiltaqgħu u jqattgħu ftit ħin ma’ wliedhom u l-membri tal-familja tagħhom f’binja apposta fil-Marsa, ‘il bogħod mill-ħitan tal-ħabs taħt il-ħarsien ta’ professjonisti soċjali. 

Din il-binja hija waħda adattata biex tilqa’ tfal f’ambjent ferm aktar rilassat iżda fejn xorta waħda se jkun assigurat l-aqwa u l-ogħla livell ta’ sigurtà. Dan sar sabiex ikun offrut ambjent aħjar fejn persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza jkollhom ċans aqwa li tinbena relazzjoni ma’ minuri f’ambjent li huwa differenti mill-ħabs. Dan huwa parti mill-isforz kbir rijabilitattiv li qed isir fl-aħħar snin u se jkompli jsir. F’dan iż-żmien kien hemm 73 tifel u tifla li ltaqgħu mal-familjari tagħhom li qed jiskontaw sentenza, għal total ta’ 42 priġuniera/ differeti.

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri li ta dawn id-dettalji meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott.

Sport