Thursday, December 26, 2024

Kampjonat Premier: Riżultat ta’ draw li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Balzan ……..…0

Hibernians …..0

F’partita mill-aktar mo­notona u  medjokri, Balzan u Hibernians temmew il-konfront fi draw ta’ mingħajr goals li ma kkuntenta lil ħadda.

Dan minħabba li ż-żewġ timijiet ħadu skoss qawwi fil-objettivi tagħhom.

Din hija s-sitt darba li Balzan naqsu li joħorġu rebbieħa hekk kif fil-ħamsa preċedenti kisbu biss żewġ punti. B’hekk il-periklu tar-relegazzjoni għalihom qed ikompli jikber.

Min-naħa ta’ Hibernians, dawn ħadu daqqa ta’ ħarta fl-aspirazzjonijiet tagħhom li jkomplu jisfidaw għar-raba’ post li jista’ jkun ifisser biljett għall-kompetizzjoni tal-UEFA Conference Lea­gue.

Ta’ nota huwa l-fatt li din il-partita rrapreżentat konfront bejn żewġ aħwa, jiġifieri Triston Caruana għal Balzan u ż-żagħżugħ Lucas għal Hibernians. 

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta u nieqsa minn kull emozzjoni fejn ġiet innotata azzjoni waħda denja ta’ nota, b’Hiber­nians ikunu huma li joħolqu l-periklu fil-ħin miżjud meta xutt minn tarf il-kaxxa tal-captain Jurgen Degab­riele għadda għoli.

Fit-tieni taqsima, kellna nistennew sat-62 minuta biex rajna l-ewwel azzjoni meta Rodney Antwi xeħet cross lejn Mamadou Bagayoko, iżda d-difiża ta’ Balzan kklerjat l-ballun f’corner.

Erba’ minuti wara, Claudio Bonanni kellu xutt mill-viċin devjat f’corner.

Fid-79 minuta, il-Pawlisti resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Giannis Bastainaos għadda tajjeb lejn l-Ukren, Artem Radchenk,o li iżda minn pożiz­zjoni ideali kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa.

Sat-tmiem, iż-żewġ goalkeepers rispettivi ftit li xejn ġew impenjati biex l-iskor baqa’ dak ta’ 0-0.

Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 5-Samir Aab, 7-Triston Caruana (Paul Fenech 82), 10-Jan Busuttil (21-Aleksandar Katanic 88), 18-Ryohei Michibuchi, 23-Nikola Zerjal (17-Han Eui-Gwon 67), 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 80-George Henry Raymond Blackwood (77-Aleksa Andrejic 82)   – Coach: Oliver Spiteri

hibernians: 24-Ibrahim Kone, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana, 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 86), 20-Artem Radchenko (8-Robert Bairam 91), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayoko, 29-Giannis Bastianos (9-Sime Zuzul 86), 77-Rodney Antwi, 99-Gabriel Alves   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: Ħaddd

AMMONITI: G. Izquier Artiles, C. Bonanni, L. Caruana (H)

Ekonomija

Sport