Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Birkirkara jirbħu b’żewġ goals fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Mosta ……….0

Birkirkara …..2

Kellhom ikunu żewġ goals fl-ewwel taqsima li taw rebħa meritata ta’ 2-0 lil Birkirkara fuq Mosta.

Birkirkara għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss tliet minuti minn ANDREI CIOLACU li b’xutt minn barra l-kaxxa ħasad għal kollox lill-goalkeeper, David Udoh Akpan.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-24 minuta, irduppjaw l-iskor meta Paul Mbong xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Simon Zibo li kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Akpan … b‘Andrea Zammit bir-ras ikollu t-tentatttiv tiegħu salvat għal darb’oħra mill-goalkeeper Mosti li iżda reġa’ ma żammx, biex mir-rebound, l-is­tess ANDREA ZAMMIT per­mezz ta’ azzjoni akrobatika mill-viċin tefa’ ġewwa.

Mosta wieġbu għall-ewwel darba fit-32 minuta meta Henry Nwoba kellu t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm għoli.

Huma komplew jippressaw u ħames minuti wara, il-captain Zachary Brincat kellu xutt salvat mill-goalkeeper, Marcel Zapytowsky.

Kien biss fid-69 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, b’Mosta jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Christian Nnaji kellu x-xutt mill-viċin tiegħu salvat taj­jeb minn Zapytowski.

MOSTA: : 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Valois, 8-Damian Ameni (30-Jean Paul Farrugia 74), 9-Henry Nwoga, 10-Linus Precious Tenebe, 18-Armen Hovhannisyan (11-Christian Nnaji 46), 19-Aziz Dao Ben (92-Kevin Tulimieri 46), 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius (3-Thomas Tegwi 80), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (27-Jamie Scerri 39)   – Coach: Joseph Grech

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytwosky, 5-Enrcio Pepe, 8-Paul Mbong (70-Omar Elouni 65), 10-Andrea Zammit (23-Nicholas James Agius 84), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong (20-Alex Satariano 41), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite, 99-Andrei Ciolacu (91-Maxuell Maia 84) – Coach: José Borg

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: A. Ciolacu 3, A. Zammit 24 (B)

AMMONITI: D. Aneni, Z. Brincat, K. Tulimieri (M), M. Zapytowski, A. Zammit, E. Sarpong, S. Zibo (B) 

Ekonomija

Sport