Thursday, December 19, 2024

Kampjonat Premier: Sirens fit-tielet post

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Sta Lucia ……….1

Sirens …………..3

Sirens telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa me­ritata ta’ 3-1 fuq Sta Lucia għalkemm wieħed irid jgħid ukoll li l-Luċjani kellhom il-mumenti tagħhom fejn sabu lill-goalkeeper Jonathan Debono ferm attent. 

Kienu Sta Lucia li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Victor Filho indirizza cross għan-nofs b’Vito Plut jittanta xortih permezz ta’ konklużjoni minn taħt il-lasta li ntemmet għoli.

Sirens wieġbu minuta biss wara meta Kemar Reid kellu xutt b’saħħtu minn pożizzjoni ideali li iżda spiċċa għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-10 minuta fetħu l-iskor meta Fernando Brandon xeħet cross għan-nofs b’VITOR VIEIRA jkun fil-post it-tajjeb fil-mument opportun biex permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

Iżda l-Luċjani wettqu reazzjoi tajba u fid-39 minuta Jamie Zerafa venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Jonathan Debono, li dawwar f’corner b’mod spettakolari.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Santa Lucia ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u fil-50 minuta Vito Plut għadda tajjeb lejn Alan da Silva Souza li dar ma’ difensur avversarju qabel kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Debono.

It-team minn San Pawl il-Baħar wieġeb tliet minuti biss wara meta Kemar Reid żmarkat għal kollox u wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Ju­lani Archibald, ittanta xortih permezz ta’ lob delizzjuż iżda huwa inkredibbilment falla l-mira.

Sirens komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fid-59 minuta irduppjaw meta Diego Albanese indirizza cross-shot fil-baxx bil-ballun jasal għand il-ve­teran ALFRED EFFIONG li mill-viċin ma żbaljax.

Fit-86 minuta, il-Luċjani naqqsu l-marġni meta ANDRE PRATES RODRIGUES ikkonkluda mill-cross ta’ Sou­za.

Iżda fil-ħin miżjud, il-Pawlini aċċertaw mir-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ KEMAR REID.

STA LUCIA: 18-Julian Archibald, 4-Andre Rodrigues Prates, 5-Jurgen Pisani, 7-Gianmarco Conti (6-Nicholas Pulis 84), 8-Patrick Silva, 9-Vito Plut (11-Francisco Farias 60), 10-Alan Da Silva Souza, 14-Jan Tanti (21-Jamie Carbone 60), 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa (98-Kieran Xuereb 72), 23-Dexter Xuereb – Coach: Oli­ver Spiteri

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 2-Jose Antonio Bianco Pardo, 8-Rei Tachikawa, 10-Vitor Vieiera (94-Degran Jackson 82), 11-Alfred Effiong (21-Carlo Zammit Lonardelli 66), 14-Die­go Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 20-Fernando Brandan, 96-Carlos Riascos, 99-Kemar Reid   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Etienne Mangion

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Matthew Degabriele

SKORERS: V. Vieira 10, A. Effiong 59, K. Reid 95 (S); A. Prates Rodrigues 86 (SL) 

AMMONITI: P. Silva, J. Zerafa, G. Conti (SL), D. Albanese, C. Riascos, J. Debono, C. Zammit Lonardelli (S)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Fernando Brandan (SL)

Ekonomija

Sport