Sta Lucia ………1
Sirens ………….1
F’konfront min-naħa t’isfel tal-klassifika, Santa Lucia u Sirens temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1. Dan ifisser li Sirens, li jidhru destinati għar-relegazzjoni, taw skoss qawwi lil-Luċjani għat-tamiet tagħhom li jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni.
Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta minn azzjoni ta’ corner, Steve Pisani xeħet cross li sab lill-captain Jurgen Pisani li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper Andrea Cassar.
Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara Sven Xerri permezz ta’ xutt mid-distanza reġa’ sab lil Cassar attent.
Fit-12-il minuta, Sta Lucia resqu viċin iżda mill-qirb Alessio Piazza falla l-mira.
Sirens wieġbu għall-ewwel darba sitt minuti wara meta xutt ta’ Prosper Boakye ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper, Francisco Celio Da Paz.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-26 minuta kienu sfortunati meta Gilberto Martin ra l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-mimduda, biex mir-rebound, Andreas Panayiotou kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-wieqfa wkoll.
Santa Lucia reġgħu ħolqu l-periklu fil-35 minuta meta Evandro Pinto Gomes kellu xutt minn azzjoni ta’ freekick jiġi salvat tajjeb minn Cassar.
Fit-68 minuta, il-Luċjani fetħu l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ JURGEN PISANI, li ma ta l-ebda ċans lil Andrea Cassar jsalva.
Izda Sirens ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u fl-74 minuta għamlu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, ANDREAS PANAYIOTOU, kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża xeħet ġewwa mill-qrib.
Wara dan il-goal, Sta Lucia ppruvaw jagħmlu reazzjoni biex isibu l-goal rebbieħ li kien jagħtihom it-tliet punti tant prezzjużi iżda sas-suffara finali l-iskor baqa’ ma nbidilx biex ħarġu diżappuntanti.
Sta Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby (20-Goncalo Nicolas Virano 81), 7-Steve Pisani, 11-Lucas Sena Silva (21-Fabian Santiago Moracci 46), 15-Adam Bradshaw (29-Jed Valletta 76), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdaa, 27-Alessio Piazza (10-Tatsuro Nagamatsu 64), 55-Sven Xerri, Evandro Pinto Gomes – Coach: Alessandro Zinnari
sirens: 1-Andrea Csasar, 3-Daniel Murillo (23-Bismark Asare 64), 5-Prosper Boakye, 6-Hasan Gomda, 8-Nicholas Pulis, 9-Andreas Panayiotou (18-Mohammed Akadom 87), 10-Gilberto Martins, 15-Konstantinos Ntampizas, 29-Kwasi Donsu, Degran Jackson, Daniel Agius – Coach: Steve D’Amato
REFEREE: Malcolm Spiteri
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORER: S. Pisani 68 (SL), A. Panayiotou 74 (S)
AMMONITI: A. Piazza (SL), G. Martins, D. Agius, N. Pulis (S)