Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Premier: Pass kbir minn Naxxar Lions lejn is-salvazzjoni

Aqra wkoll

Hibernians …….0

Naxxar Lions …2

Naxxar Lions għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-0, biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni.

Kienu Naxxar li ħarġu fuq l-offesnisva u wara biss tliet minuti, xutt fil-baxx ta’ Pablo Servo De Carvalho kien imdawwar f’corner mill-goalkeeper, Ibrahim Kone. Erba’ minti wara Alex De Souza għall-Pawlisti kellu x-xutt tiegħu li għadda għoli. Fil-35 minuta xutt ta’ Claudio Bonanni sab lill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono attent.

Fil-50 minuta, Hibernians reġgħu ħolqu l-periklu meta Alex De Souza għadda tajjeb lejn Giannis Bastianos iżda dan kellu t-tentattiv tiegħu jintemm barra. Minuta wara kienu Naxxar li fetħu l-iskor meta Pablo Servo De Carvalho sab lil MAICON DE SOUZA DA SILVA u dan bla eba tbatija tefa’ ġewwa. Fil-57 minuta Farias Cerqueira kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Kone.

Fit-62 minuta Naxxar irduppjaw, meta Pablo Servo De Carvalho, kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Kone, b’Kurt Shaw jikklerja bir-ras iżda reġa’ daħal PABLO SERVO DE CARVALHO li b’daqqa ta’ ras oħra tefa’ ġewwa.

Fid-90 minuta Bastianos għadda tajjeb lejn is-sostitut Rodney Antwi li mill-viċin tefa’ barra.

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana (3-Ferdinando Apap 64), 9-Sime Zuzul, 10-Jurgen Degabriele, 21-Alex De Sousa (8-Robert Bairam 76), 22-Gabriel Artiles, 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayoko (77-Rodney Antwi 76), 29-Giannis Bastianos, 99-Gabriel Fernandes (20-Artem Radchenko 64) Coach: Branko Nisevic

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 8-Neil Pace Cocks, 5-Fernando Barbosa Peraiara, 9-Pablo Servo de Carvalho, 10-Farias Edson Cerqueira, 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguch, 22-Maicon Da Silva Moreira, 20-Santo Espirito, 26-Ito Yasukaze, 33-J. V. Moura Cardoso Coach: George Vella

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna

Skorers: M. De Souza Da Silva 52, P. A. De Carvalho 63 (N)

Ammoniti: K. Shaw, C. Bonanni, A. Radchenko (H), M. De Souza Da Silva, I. Yasukaze, J. V. Moura Cardoso (N)

Ekonomija

Sport