Saturday, December 21, 2024

Kampjonat Premier: Valletta jagħtu l-ewwel telfa lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……..0

Valletta …………….1

Valletta rritornaw għar-rebħ hekk kif goal lejn nofs it-tieni taqsima tahom rebħa minima ta’ 1-0 fuq Mar­saxlokk.

Ix-Xlukkajri li kienu għad­hom mhux megħluba f’erba’ logħbiet, kienu qed ifittxu li jiksbu rebħa għax kienet tpoġġihom fil-quċċata tal-klassifika flim­kien ma’ Hamrun Spartans u Floriana.

Għal Valletta ddebutta l-coach Vincezno Potenza, waqt li kellhom lil Shaun Dimech nieqes minħabba injury. Min-naħa l-oħra, għal Marsaxlokk, Fernando Gomes ħa post Anthony Obonogwu.

Ix-Xlukkajri resqu viċin li jiftħu l-iskor fid-19-il minuta meta wara li rċieva minn cross mil-lemin ta’ Jacob Walker, Leandro Aguirre dar ma’ di­fensur avversarju qabel ittanta xortih iżda t-tenattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper, Jake Grech.

Fit-28 minuta, huma kellhom ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta ngħataw penalty wara li  Yuri De Jesus Messias li twaqqa’ fil-kaxxa minn Enzo Ruiz.  

Madankollu, ix-xutt mill-11-il metru tal-istess Messias ġie salvat tajjeb minn Jake Galea. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, xutt ta’ Diego Pires Dall’Oca għal Marsaxlokk għadda ftit barra.

Fit-tieni taqsima, Valletta dehru ttrasformati, u fid-49 minuta Fernando Barrientos impenja lill-goalkeeper, Marko Drobnjak, b’xutt imdawwar minn barra l-kaxxa. Minuta biss wara, Jhonnattann kien sfortunat li laqat il-mimduda.

Mandkollu, fis-70 minuta, il-Beltin fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ free-kick, id-daqqa ta’ ras ta’ Enzo Ruiz ġiet imblukkata minn Drobnjak iżda mir-rebound JHONNATTANN BENITES tefa’ ġewwa mill-viċin.

Tmien minuti wara, Valletta, kienu għoddhom irduppjaw meta minn cross ta’ Federico Vega, Federico Falcone ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tistam­pa mal-wieqfa.

Fit-92 minuta, Jacob Wal­ker tkeċċa għal Marsaxlok wara daħla kerha fuq Barrientos.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares, 6-Nikolai Muscat (30-Ryan Scicluna 86), 10-Yuri De Jesus Messias, 17-Jacob Walker, 18-Gary Camilleri, 19-Armah Vaikainah (23-Samuel Boakye 74), 27-Leandro Aguirre, 33-Diego Pires Dall’Oca, 88-Sunday Akinbule, 94-Fernando Gomes   – Coach: Winston Muscat

VALLETTA: 16-Jake Galea, 6-Enzo Ruiz, 8-Fernando Barrientos, 9-Santiago Ferraris (14-Christian Gauci 90), 20-Fe­derico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Filho, 44-Federico Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 77-Jhonnattann Benites (88-David Garba 86), 80-Alfred Hamanjoda (11-Luka Susnjara 68) – Coach: Vinceznzo Potenza

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Luke Portelli

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORER: J. Benites 70 (V)

AMMONITI: S. Akinbule, W. Soares (M), F. Falcone, N. A. Micallef, D. Garba (V)

TKEĊĊA: J. Walker 90 (M)

Ekonomija

Sport